WIRJA BIEX TFAKKAR IL-MITT SENA TA’ KULTURA KURATORJALI F’MALTA
pr1548
16/12/2003
| Il-Ministru | għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett nhar it-Tnejn inawgura l-wirja “100 Years of Heritage” li qed tittella’ minn Heritage Malta, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. |
| Il-wirja | hija intiża biex tfakkar il-mitt sena mill-ftuħ tal-ewwel mużew f’Malta. |
| F’kelmtejn | qabel l-inawgurazzjoni, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura qal li l-ħarsien tal-wirt kulturali huwa mportanti għal kulħadd proprju għax il-poplu Malti kollu huwa werriet tal-wirt kulturali li ħallew warajhom missirijietna. |
| “Mitt | sena m’humiex ftit. Il-fatt li mitt sena ilu diġa kienet teżisti sensibbilita’ għall-wirt kulturali ta’ pajjiżna jgħid ħafna dwar il-poplu tagħna,” żied jgħid il-Ministru. |
L-Onor. Mugliett qal li sar żvilupp kostanti f’dan il-qasam, iżda sfortunatament pajjiżna għadda minn żmien meta ma baqgħetx tingħata l-importanza meħtiega lill-kultura kuratorjali. Hu kompla jgħid li llum qed nerġgħu inrawwmu din il-kultura.
| “Pajjiżna | llum għandu l-għodda biex jibża għall-wirt kulturali tiegħu. Waqqafna l-istituzzjonijiet li hemm bżonn, għaddejna liġi ġdida mill-parlament u għandna nies imħarrġa aħjar għal dan l-għan. Hawn ħafna elementi pożittivi f’dan il-kuntest imma fuq kollox hawn stennija biex dan is-settur jagħmel qabża fil-kwalita. Wasal iż-żmien biex din ir-rieda tajba naqilbuha f’titjib konkret,” kompla jgħid il-Perit Mugliett. |
| Il-Ministru | għaż-Żgħażagħ u Kultura temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu matul iż-żmien fil-wirt kulturali ta’ Malta biex wasalna fejn ninsabu llum. |
| Il-wirja | “100 Years of Heritage” issegwi l-iżvilupp tal-mużewijiet u l-kultura kuratorjali f’Malta mix-xogħol ta’ Giovanni Francesco Abela fis-seklu sbatax sal-lum, fosthom anke l-ftuħ tal-ewwel mużew f’Malta fl-1903. |
| Il-wirja | qed tittella fis-Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt; u ser tibqa miftuħa sal-31 ta’ Marzu 2004. Il-pubbliku jista’ jżurha fil-ħinijiet ta’ fluħ tal-mużew kuljum, minbarra l-festi pubbliċi, bejn it-8.30 ta’ filgħodu u l-4.30 ta’ wara nofsinhar. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en