Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN, WAQT IL-FTUH UFFIĊJALI TAL-QORTI TAL-FAMILJA – IL-BELT VALLETTA - 16 ta’ Diċembru, 2003

pr1547
Date Icon 16/12/2003
“Theexercise of justice, which forms the basis of social life, does not limit or restrain the freedom of the human person when it corresponds to the nature of man and is not arbitrary. No it aids him and guides him in making his own choices correspond to the common good. Marriage and family life are such natural institutions. They are rooted in the very being of the human person.” Papa Gwann Pawlu II “Draw near to God”.
OnorevoliViċi Prim Ministru, Onorevoli Ministru, Sinjurija Tiegħu Onorevoli Prim Imħallef, Onorevoli Sinjuri Mħallfin u Sinjuri Maġistrati, Direttur Ġenerali, Diretturi, Kollegi, Sinjuri.
Illumhuwa jum importanti, mhux għax fih qed nivvintaw kunċetti ġodda għas-soċjetà tagħna, iżda għax qegħdin nerġgħu intennu l-konvinzjoni tagħna fil-valuri li għamluna u li għadhom pilastri determinanti tas-soċjetà Maltija.
Il-familja ilha tieħuattenzjoni speċjali minn naħa tal-leġislaturi tagħna.  Dan kien u jibqa’ parti sħiħa mid-determinazzjoni tagħna sabiex jibqa’ jiġi mtenni li mingħajr familji sodi, mingħajr ħidma favur it-trobbija tajba ta’ l-ulied, ma jkollniex ċittadini ffurmati tajjeb u għaqda fil-pajjiż.  Iżda lkoll għandna naċċettaw li dak li fiż-żmien kien metodu tajjeb u adegwat sabiex tgħin, ma jfissirx li ser jibqa’ hekk għall-eternià.
Huwaminnu li f’kull żmien, speċjalment f’dawn iż-żminijiet, sija l-familja kif ukoll il-valuri li tirrappreżenta u li jitwieldu minnha, huma oġġetti ta’ attakki varji minn diversi forzi ntenzjonati għall-interessi tagħhom, biex jew ikissruhom jew jiddeformawhom.
It-tibdilietsoċjali, ekonomiċi u kulturali tal-lum ġiebu u qed iġibu wkoll il-konsegwenzi negattivi li flok jissudaw il-familja u t-trobbija ta’ l-ulied qed inawruhom.  Din hija r-realtà ta’ kuljum u m’għandniex naħarbu minnha jew inkomplu nwebbsu rasna u qalbna, u ngħidu li l-istrutturi legali li għandna huma adegwati għax il-ħajja u l-esperjenza juru proprju l-kontra.  Hemm wisq tbatija għall-ulied u għall-familji tagħna f’dan il-kamp, li ftit minn din is-soċjetà jistgħu jgħidu li ma ġewx effettwati minnha.
Bħalabniedem fil-politika, għandi l-konfort li ġej minn ħdan partit li jemmen bil-fatti fil-familja u jafferma dejjem il-bżonn li aħna wkoll għandna fuqna obbligu li nkunu persuni li nħarsu li nibnu qafas ta’ viżjoni ġdida għall-ħajja fil-familja u l-protezzjoni tagħha.  Hemm bżonn u għandna fuqna d-dmir legali u morali li nieħdu ħsieb li l-kultura t-tajba fil-familja tibqa’ tiġi sostnuta b’kull mezz.
Kifqal tajjeb dak l-għalliem profond u veritier: “Family and married life, which are the foundations of society, are the institutions which the whole civil community must serve.  If one understands that “this society of man and woman is the first form of communion of human persons” one can fully perceive that every action that serves married and family life gives vigour to and benefits all communities and, ultimately all of society.”
Fil-bidliet li qed isirudawn il-kunċetti nżammu quddiemna.  Għax il-Qrati tal-Ġustizzja għandhom mhux biss l-obbligu legali, iżda l-opportunità li l-ewwel tibqa’ tissoda l-kultura sabiex wieħed jissielet għall-preservazzjoni tal-familja; u t-tieni li tibqa’ tkun rilevanti u effettiva fl-għodda li hija tagħti sabiex ikun hemm għarfien u ċiviltà akbar fil-pass lejn il-firda fiż-żwieġ.  Il-Qorti mhix timbru mejjet.  Anqas ma hija proċess ta’ inkwiżizzjoni, iżda hija l-protettriċi għaqlija u ntelliġenti tal-valuri li jibnu s-soċjetà Maltija.
Għalhekk irid ikun ċardaqs il-kristall li dak li qed jiġi propost hawn, m’huwiex indħil fil-libertà tal-persuna jew impożizzjoni, iżda għotja ta’ għodda għall-koppji miżżewġa u għall-ulied, sija ta’ dawk hekk magħquda u dawk le, sabiex id-dinjita’ tagħhom u l-futur tagħhom ikunu verament ġusti u xierqa.
Quddiemdan, inħarsu ’l quddiem sabiex inkomplu nagħtu s-sehem neċessarju w adatt sabiex il-familja w uliedna jibqgħu valuri determinanti fis-soċjetà.
Nagħlaq billi l-ewwel nirringrazzja lill-Onor. Sur Imħallef RayPace li aċċetta li jkun huwa l-Imħallef li jmexxi l-Qorti tal-Familja u t-tieni li nirringrazzja lil kull min ta sehemhu sabiex dan il-proġett iseħħ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow