Ħatriet ta’ Chairpersons u Diretturi Ġodda
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment informa lis-Segretarji tal-Bordijiet tad-Diretturi ta’ diversi azjendi, fejn il-Gvern għandu ishma, b’dawn il-ħatriet:
· Is-Sur Joe F.X. Zahra ġie konfermat Chairman tal-Bank of Valletta p.l.c. Din il-ħatra tibqa’ effettiva sal-31 ta’ Diċembru 2004.
· Is-Sur James Grech inħatar Direttur Ħaddiem tal-Bank of Valletta p.l.c., għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2004. Is-Sur Grech ġie elett wara li kiseb l-ikbar ammont ta’ voti fl-elezzjoni.
· Is-Sur Sonny Portelli nħatar Chairman tal-Maltacom p.l.c., filwaqt illi s-Sur Alfred Rizzo nħatar Direttur tal-Maltacom p.l.c.
· Is-Sur Joe Grioli nħatar Chairman tal-Maltapost p.l.c.
· Is-Sur Alfred Mallia-Milanes inħatar Chairman ta’ l-Interprint Ltd.
· Il-ħatriet fil-Maltacom p.l.c, fil-Maltapost p.l.c. u fl-Interprint Ltd., jibqgħu effettivi sal-15 ta’ Diċembru 2005.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en