Left arrow Mur Lura

Il-bidla fil-VAT minn 15% għal 18% m’għandiex tgħolli l-prezz ta’ mediċini u tal-prodotti ta’ l-ikel

pr1543
Date Icon 16/12/2003
Il-prodottimediċinali u tal-ikel huma eżenti għall-bidla fir-rata tal-VAT minn 15% għal 18%.  Għalhekk ma teżisti l-ebda raġuni għaliex dawn il-prodotti ta’ mediċini u prodotti ta’ l-ikel għandu jiżdidilhom il-prezz għall-konsumatur, bl-iskuża li se ssir bidla fir-rata tal-VAT.
La darba dawn il-prodottihuma eżenti mill-bidla fir-rata tal-VAT, u m’għandomx ikunu affetwati mill-ebda bidla tal-VAT, il-Gvern m’hux ser jittollera żieda fil-prezzijiet għall-konsumatur bl-iskuża tal-bidla tar-rata tal-VAT. Dan ghaliex il-Gvern mhux qed jgħolli r-rata tal-VAT fuq dawn il-prodotti.
Għaldin ir-raguni, il-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Konsumatur ser ikun qed janalizza ċ-ċaqlieq tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti u jrid jara li ma jkunx hemm min jabbuza  mit-tibdil li sar fir-rata tal-VAT fuq prodotti ohra.
Is-SegretarjatParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici ta’ l-Onor. Edwin Vassallo qed jirrakkomanda lill-konsumaturi, li fejn, wara l-ewwel tas-sena, huma jaraw xi żieda fil-prezzijiet ta’ l-ikel jew mediċini, huma ghandhom jirrappurtaw lid-Dipartiment tal-Konsumatur, biex tkun tista’ ssir il-verifika  u tkun analizzata r-raġuni għaliex tkun saret dik iż-żieda fil-prezz li tkun ġiet irrappurtata.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow