Il-bidla fil-VAT minn 15% għal 18% m’għandiex tgħolli l-prezz ta’ mediċini u tal-prodotti ta’ l-ikel
pr1543
16/12/2003
| Il-prodotti | mediċinali u tal-ikel huma eżenti għall-bidla fir-rata tal-VAT minn 15% għal 18%. Għalhekk ma teżisti l-ebda raġuni għaliex dawn il-prodotti ta’ mediċini u prodotti ta’ l-ikel għandu jiżdidilhom il-prezz għall-konsumatur, bl-iskuża li se ssir bidla fir-rata tal-VAT. |
| La darba dawn il-prodotti | huma eżenti mill-bidla fir-rata tal-VAT, u m’għandomx ikunu affetwati mill-ebda bidla tal-VAT, il-Gvern m’hux ser jittollera żieda fil-prezzijiet għall-konsumatur bl-iskuża tal-bidla tar-rata tal-VAT. Dan ghaliex il-Gvern mhux qed jgħolli r-rata tal-VAT fuq dawn il-prodotti. |
| Għal | din ir-raguni, il-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Konsumatur ser ikun qed janalizza ċ-ċaqlieq tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti u jrid jara li ma jkunx hemm min jabbuza mit-tibdil li sar fir-rata tal-VAT fuq prodotti ohra. |
| Is-Segretarjat | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici ta’ l-Onor. Edwin Vassallo qed jirrakkomanda lill-konsumaturi, li fejn, wara l-ewwel tas-sena, huma jaraw xi żieda fil-prezzijiet ta’ l-ikel jew mediċini, huma ghandhom jirrappurtaw lid-Dipartiment tal-Konsumatur, biex tkun tista’ ssir il-verifika u tkun analizzata r-raġuni għaliex tkun saret dik iż-żieda fil-prezz li tkun ġiet irrappurtata. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en