Rigal ta’ 1,000 ktieb lill-poplu Malti
pr1541
16/12/2003
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni ta donazzjoni ta’ 1,000 ktieb lil ftit aktar minn 100 librerija mifruxa f’Malta u Għawdex, bħala rigal għall-poplu Malti f’dan il-Milied. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt li kien qed iqassam il-kotba lil rappreżentanti ta’ l-iskejjel u l-komunitajiet fejn jinsabu l-libreriji, qal li l-kotba huma għodda importanti għall-edukazzjoni u l-avvanz tal-poplu Malti u għalhekk din id-donazzjoni sservi bħala investiment fil-komunita’. |
| Aktar | kmieni din is-sena, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni iddeċieda li din is-sena ma kienux se jinxtraw kartolini tal-Milied u minflok, il-flus jintużaw biex jinxraw numru ta’ kotba li jmorru fil-libreriji ta’ l-iskejjel, f’dawk reġjonali kif ukoll fil-libreriji lokali. |
| B’kollox | se jibbenefikaw mal-100 librerija, li minnhom 4 huma libreriji reġjonali, 44 huma libreriji lokali (Branch Libraries) u 49 huma libreriji ta’ l-iskejjel (School Libraries). Il-parti l-kbira tal-libreriji jinsabu fl-iskejjel tal-Gvern - fil-fatt 58 librerija jinsabu fi skejjel primarji, 33 libreriji jinsabu fi skejjel sekondarji. |
| Għal | din l-okkażjoni kienu mistiedna l-kapijiet ta’ l-iskola u s-Sindki tal-lokalitajiet fejn jinsabu l-libreriji. Kienu mistiedna wkoll tifel jew tifla minn kull skola li għandha librerija biex jirċievu l-kotba f’isem sħabhom u l-komunita’ tagħhom. |
| Il-Ministru | Louis Galea ħa l-opportunita’ biex jagħti l-awguri ta’ żmien il-Milied lill-Maltin u l-Għawdxin kollha kif ukoll sena ġdida mimlija ferħ u paċi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en