Left arrow Go Back

Rigal ta’ 1,000 ktieb lill-poplu Malti

pr1541
Date Icon 16/12/2003
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni ta donazzjoni ta’ 1,000 ktieb lil ftit aktar minn 100 librerija mifruxa f’Malta u Għawdex, bħala rigal għall-poplu Malti f’dan il-Milied.  Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt li kien qed iqassam il-kotba lil rappreżentanti ta’ l-iskejjel u l-komunitajiet fejn jinsabu l-libreriji, qal li l-kotba huma għodda importanti għall-edukazzjoni u l-avvanz tal-poplu Malti u għalhekk din id-donazzjoni sservi bħala investiment fil-komunita’.
Aktarkmieni din is-sena, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni iddeċieda li din is-sena ma kienux se jinxtraw kartolini tal-Milied u minflok, il-flus jintużaw biex jinxraw numru ta’ kotba li jmorru fil-libreriji ta’ l-iskejjel, f’dawk reġjonali kif ukoll fil-libreriji lokali.
B’kolloxse jibbenefikaw mal-100 librerija, li minnhom 4 huma libreriji reġjonali, 44 huma libreriji lokali (Branch Libraries) u 49 huma libreriji ta’ l-iskejjel (School Libraries).  Il-parti l-kbira tal-libreriji jinsabu fl-iskejjel tal-Gvern -  fil-fatt 58 librerija jinsabu fi skejjel primarji, 33 libreriji jinsabu fi skejjel sekondarji.
Għaldin l-okkażjoni kienu mistiedna l-kapijiet ta’ l-iskola u s-Sindki tal-lokalitajiet fejn jinsabu l-libreriji.  Kienu mistiedna wkoll tifel jew tifla minn kull skola li għandha librerija biex jirċievu l-kotba f’isem sħabhom u l-komunita’ tagħhom.
Il-MinistruLouis Galea ħa l-opportunita’ biex jagħti l-awguri ta’ żmien il-Milied lill-Maltin u l-Għawdxin kollha kif ukoll sena ġdida mimlija ferħ u paċi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow