Left arrow Mur Lura

L-ST MICROELECTRONICS TGĦIN FIL-ĦIDMA BIEX TIĠI ELIMINATA L-QASMA DIĠITALI

pr1539
Date Icon 16/12/2003
Il-Ministrugħat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt ippresieda ċerimonja ta’ l-għoti ta’ ċertifikati lil dawk li attendew korsijiet ta’ taħriġ bażiku fl-informatika.
Fid-diskorstiegħu, il-Ministru Gatt rrefera għar-rwol importanti li għandha l-ST Microelectronics, mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna, iżda wkoll għall-iżvilupp soċjali. Il-Ministru Gatt sostna li l-ST Microelectronics tista’ tkompli bis-suċċess tagħha f’pajjiżna jekk f’Malta noħolqu soċjetà ta’ l-informazzjoni u niżviluppaw pajjiżna bħala ċentru reġjonali ta’ eċċellenza.
Il-MinistruGatt ta ħarsa lejn il-ħidma li saret u l-kisbiet li twettqu sa issa. Huwa elenka numru sħiħ ta’ inizjattivi li ħa l-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni fil-hidma tiegħu kontra l-qasma diġitali. Dawn kienu jinkludu taħriġ bażiku lil erbat elef ruħ permezz tal-kors myWeb; ħamsa u sebgħin web phone installati madwar Malta u Għawdex; Internet Centre f’kull Kunsill Lokali; indirizz ta’ l-email lil kull min riedu, ECDL lill-istudenti sekondarji, tletin elf pakkett software tal-Microsoft għall-prezz ta’ Lm10.50 minflok Lm550, u l-istess software tqassam b’xejn lill-persuni b’diżabilità.
“L-inizjattivili ħadna qed jħallu l-frott mixtieq tant li llum, iktar minn ħamsin fil-mija tad-djar għandhom aċċess għall-internet,” kompla jghid Dr. Gatt. Huwa spjega li rridu nkomplu nsibu aktar sħab strateġiċi biex jaħdmu magħna ħalli nkomplu neliminaw d-digital divide.
Il-MinistruGatt irringrazzja lil ST Microelectronics għall-impenn tagħha anke fil-ħidma taghha biex  telimina l-qasma diġitali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow