MESSAGG MILL-E.T IL-PROF. GUIDO de MARCO, PRESIDENT TA’ MALTA, LILL-EMIGRANTI MALTIN U GHAWDXIN FL-OKKAZJONI TAL-MILIED U S-SENA L-GDIDA
pr1537
16/12/2003
| Gheziez | Maltin u Ghawdxin li tghixu lil hinn mix-xtut ta’ pajjizna, |
| Il-messagg | ta’ awgurju li l-Kap ta’ l-Istat Malti jibghat lill-emigranti Maltin u Ghawdxin imxerdin mad-dinja, sar appuntament annwali importanti, li jirrifletti r-rabta li tezisti ma’ art twelidkom. |
| L-2003 | kienet sena impenjattiva hafna ghal Malta. Permezz tar-referendum u sussegwentament, ta’ l-elezzjoni generali, il-poplu Malti ha decizjoni importanti fuq il-futur ta’ pajjizna u ddecieda li Malta ghandha ssir Membru fl-Unjoni Ewropea. Dan hu avveniment storiku iehor ghal Malta; avveniment li ser jikkonsolida r-realizzazzjoni kontinwa ta’ pajjizna li minn kolonja kiseb l-Indipendenza u sar Repubblika. B’din id-decizjoni, ic-cittadin Malti ser isir cittadin Ewropew bid-drittijiet kollha li c-cittadinanza ggib maghha. Dan jghodd ukoll ghalikom li zammejtu c-cittadinanza Maltija. |
| Bis-shubija | fl-Unjoni Ewropea, mhux biss hu mahsub li Malta ser tkun f’pozizzjoni ahjar biex tiggenera iktar prosperità f’pajjizna, tibni ekonomija izjed b’sahhitha u tgholli livelli ta’ l-ghixien ta’ kull Malti u Maltija, izda ukoll ser tkun f’pozizzjoni ahjar biex tikkontribwixxi ghall-istabilità u ghall-paci fir-regjun taghna, il-Mediterran. Huwa xieraq li f’dan ir-rigward, niftakru f’dak li qalilna l-Papa Gwanni Pawlu II meta zarna sentejn ilu, li ahna l-Maltin ghandna nkunu bennejja ta’ pontijiet bejn il-popli fil-Mediterran. Dan ahna ghandna nfittxu li naghmluh fi hdan il-valuri li rawmu l-karrattru Malti, il-valuri kristjani ta’ l-imhabba u l-karita’ mal-proxxmu. |
| Jiena | nhossni kburi bikom, il-Maltin u Ghawdxin li tinsabu barra. Bnejtu hajja ghalikom u ghall-mahbubin taghkom f’artijiet imbeghda, u integrajtu ruhkom sewwa fis-socjetajiet ta’ madwarkom minkejja l-problemi li stajtu tiltaqghu maghhom. Intom xhieda tal-kapacità Maltija u permezz ta’ xogholkom u ta’ ghemilkom, iggibu rispett ghall-isem ta’ Malta. Ta’ dan nirringrazzjakom u nghidilkom li Malta dejjem tiftakar fikom. Komplu kunu ambaxxaturi ta’ din l-art helwa li tant thobbkom. Huwa proprju ghalhekk li meta nkun fuq xi vizita statali, ninsisti li niltaqa’ mal-komunita’ Maltija. Hu b’dan is-sens ta’ pjacir li ta’ spiss nilqa’, fl-ufficcju tieghi fil-Palazz il-Belt, id-diversi assocjazzjonijiet ta’ Maltin ta’ barra li jigu jzuruni meta jigu Malta. |
| F’isem | il-poplu Malti kollu, nawgura lilkom huti Maltin u Ghawdxin u lill-familji taghkom li tinsabu barra mix-xtut ta’ Malta, l-isbah xewqat ghall-Milied u sena gdida mimlija paci u prosperità. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en