Il-Ministru tal-Gustizzja, l-Affarijiet tal-Konsumatur u Affarijiet Multikulturali ta’ l-istat ta’ South Australia jiltaqa’ mal-Ministru Tonio Borg
pr1535
15/12/2003
| "Minkejja d-distanzi kbar u d-differenza fil-qies u l-kultura | taz-zewg pajjizi, il-Gvern Malti huwa lest li jikkopera f’inizjattivi ma’ l-Awstralja fil-glieda kontra l-kriminalita’ organizzata". Dan qalu l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg waqt laqgha ufficjali li kellu ma’ l-Onor. Michael Atkinson, Ministru tal-Gustizzja, l-Affarijiet tal-Konsumatur u Affarijiet Multikulturali ta’ l-istat ta’ South Australia. Michael Atkinson, li huwa wkoll l-Avukat Generali ta’ l-istat Awstraljan, qed izur Malta flimkien ma’ delegazzjoni ta’ ufficjali gholja tal-Ministeru. |
| Wara li ta merhba lill-Ministru Atkinson u lid-delegazzjoni | Awstraljana, il-Ministru Borg tkellem dwar ir-rabtiet li jezistu bejn iz-zewg pajjizi anki minhabba n-numru kbir ta’ Maltin li fis-snin hamsin u sittin ghazlu lill-Awstralja bhala l-pajjiz fejn jemigraw biex ifittxu futur ahjar. Huwa semma s-sena 1953, meta mhux inqas minn 11,000 emigrant telqu minn Malta lejn l-Awstralja. Hafna minn dawn l-emigranti rnexxielhom jibnu futur u llum qed igawdu livell ta’ hajja tajjeb hafna fil-pajjiz li laqaghhom. Anki Malta tejjbet hafna l-livell ta’ hajja tant li llum l-emigrazzjoni spiccat ghal kollox, anzi hafna Maltin li kienu emigraw issa qed jirritornaw lura lejn pajjizhom. Illum, kompla l-Ministru Borg, qed ikun hemm hafna Maltin, l-iktar zghazagh, li qed jaghzlu l-Awstralja bhala post ghal vakanza. Dan fih innifsu huwa tajjeb ghax jesponihom ghal kultura differenti minn dik Mediterranja. |
| Tul il-laqgha gew diskussi problemi li qeghdin u | jistghu jiffaccjaw fil-futur iz-zewg pajjizi, fosthom l-immigrazzjoni illegali u l-glieda kontra l-kriminalita’ organizzata. Huwa qal li jemmen li fil-futur, iz-zewg pajjizi jistghu jghinu lil xulxin f’dak li ghandu x’jaqsam mal-qasam tal-Gustizzja u l-Intern. |
| Il-Ministru Borg qal li waqt li d-dhul imminenti ta’ | Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikun ta’ ghajnuna kbira fl-oqsma tal-Gustizzja u l-lntern, l-iktar fil-glieda kontra l-kriminalita’ u l-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni llegali, huwa perswaz li fil-futur jista’ jkun hemm rabtiet bilaterali mill-qrib bejn iz-zewg pajjiz. |
| Ghal-laqgha attendew fost l-ohrajn is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizza u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici; is-Segretarju Permanenti Dr Godwin Grima, l-Avukat Generali Dr Anthony Borg Barthet, il-Kummissarju Gholi Malti ghall-Awstralja Dr. Ivan Fsadni, kif ukoll ufficjali gholja mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Affarijiet tal-Konsumatur ta’ South Australia. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en