TITNIEDA IT-43 EDIZZJONI TAL-PREMJU SPORTIVI NAZZJONALI
pr1527
12/12/2003
| Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura flimkien mal-Għaqda Kittieba | Sport dal-għodu niedew it-tlieta u erbgħin–il edizzjoni tal-Premju Sportivi Nazzjonali. |
| Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-istampa, | il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett faħħar lill-Għaqda Kittieba Sport talli għal darb’oħra qed timpenja ruħha f’avveniment illi kiseb importanza kruċjali fil-kalendarju sportiv ta’ Malta, anke minħabba li dan il-premju ilu jingħata mill-1960. |
| Hu tenna li l-Gvern jemmen mhux biss fl-importanza li | l-isportivi jingħataw l-għajnuna biex itejjbu l-ħiliet tagħhom, iżda wkoll li dawn jingħataw ir-rikonoxximent mistħoqq għall-impenn li jkunu wrew u l-unur li jkunu kisbu għal pajjiżna matul is-sena. Il-Ministru żied li huwa għalhekk li l-Gvern kien qiegħed għal darb’oħra jagħti għajnuna finanzjarja biex tittella din l-attivita`. |
| Intant tħabbru d-dettalji ta’ kif ser jingħata l-Premju | Sportivi Nazzjonali ta’ din is-sena. |
| Fl-10 ta’ Jannar 2004, il-Ministru | għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett ser ikollu laqgħa mal-finalisti magħżula għal dan il-premju f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Matul l-istess okkażjoni, il-Ministru Mugliett ser jippreżenta l-pjan tal-Gvern għall-qasam ta` l-isport għas-sena li ġejja. |
| Il-Ministru tenna li dan id-diskors għandu | importanza akbar minn tas-snin ta’ qabel minħabba li ser jagħti l-viżjoni tal-gvern għal-leġislatura sħiħa fid-dawl tat-tibdiliet li qed jsiru bħal issa f’dan il-qasam bid-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-isport u t-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport. |
| Is-serata finali tal-Premju Sportivi Nazzjonali ser | issir fil-lukanda SAS Radisson Bay Point fil-Bajja ta’ San Ġorġ. |
Matul l-istess konferenza ta` l-aħbarijiet, l-Għaqda Kittieba Sport ħabbret ukoll il-kalendarju ta’ attivitajiet tagħha għal matul is-sena 2004. Tniediet ukoll il-website uffiċċjali tal-għaqda fuq l-indirizz www.maltasportsmedia.com.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en