Left arrow Go Back

TITNIEDA IT-43 EDIZZJONI TAL-PREMJU SPORTIVI NAZZJONALI

pr1527
Date Icon 12/12/2003
Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura flimkien mal-Għaqda KittiebaSport dal-għodu niedew it-tlieta u erbgħin–il edizzjoni tal-Premju Sportivi Nazzjonali.
Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-istampa,il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett faħħar lill-Għaqda Kittieba Sport talli għal darb’oħra qed timpenja ruħha f’avveniment illi kiseb importanza kruċjali fil-kalendarju sportiv ta’ Malta, anke minħabba li dan il-premju ilu jingħata mill-1960.
Hu tenna li l-Gvern jemmen mhux biss fl-importanza lil-isportivi jingħataw l-għajnuna biex itejjbu l-ħiliet tagħhom, iżda wkoll li dawn jingħataw ir-rikonoxximent mistħoqq għall-impenn li jkunu wrew u l-unur li jkunu kisbu għal pajjiżna matul is-sena. Il-Ministru żied li huwa għalhekk li l-Gvern kien qiegħed għal darb’oħra jagħti għajnuna finanzjarja biex tittella din l-attivita`.
Intant tħabbru d-dettalji ta’ kif ser jingħata l-PremjuSportivi Nazzjonali ta’ din is-sena.
Fl-10 ta’ Jannar 2004, il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett ser ikollu laqgħa mal-finalisti magħżula għal dan il-premju f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Matul l-istess okkażjoni, il-Ministru Mugliett ser jippreżenta l-pjan tal-Gvern għall-qasam ta` l-isport għas-sena li ġejja.
Il-Ministru tenna li dan id-diskors għanduimportanza akbar minn tas-snin ta’ qabel minħabba li ser jagħti l-viżjoni tal-gvern għal-leġislatura sħiħa fid-dawl tat-tibdiliet li qed jsiru bħal issa f’dan il-qasam bid-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-isport u t-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport.
Is-serata finali tal-Premju Sportivi Nazzjonali serissir fil-lukanda SAS Radisson Bay Point fil-Bajja ta’ San Ġorġ.

Matul l-istess konferenza ta` l-aħbarijiet, l-Għaqda Kittieba Sport ħabbret ukoll il-kalendarju ta’ attivitajiet tagħha għal matul is-sena 2004. Tniediet ukoll il-website uffiċċjali tal-għaqda fuq l-indirizz www.maltasportsmedia.com.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow