Left arrow Mur Lura

APPELL BIEX JINXTRAW BISS ĠUGARELLI LI HUMA MEQJUSA "SAFE" PERMEZZ TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAS-"CE MARK"

pr1524
Date Icon 12/12/2003
"Il-konsumaturi għandhom, meta jixtru ġugarell jaraw li fuqil-prodott jew l-ippakkjar ikun hemm il-marka CE. Din il-marka tindika li l-manifattur għamel dawk it-testijiet neċessarji sabiex jiżgura li l-prodott jikkonforma ma’ l-istandards Ewropej ta’ sigurezza fuq il-ġugarelli."
"Meta produttur jew importatur ipoġġi fis-suqġugarell mingħajr il-marka CE, qiegħed jikser l-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti. Il-Gvern għamel pieni ħorox għal min jikser din il-liġi għax fin-nofs hemm is-saħħa tal-bniedem."
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministerutal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza stampa li ngħatat illum il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2003, quddiem stabbiliment tal-ġugarelli fil-Belt Valletta.
Edwin Vassallo sahaq fuq kemm hu importanti li qabelma xi ħadd jiddeċiedi li jixtri xi ġugarell, jaqra l-istruzzjonijiet u xi twissijiet oħra li jista’ jkun hemm mehmuża miegħu, bħal per eżempju li l-ġugarell mhux addattat għat-tfal ta’ eta ta’ inqas minn 36 xhar.
B’dan il-mod nistgħu nserrħu rasna li l-prodottli xtrajna ma jippreżenta l-ebda riskju li uliedna jistgħu iweġġgħu bih, jew b’xi mod ikun ta’ problemi għal saħħithom. B’hekk nistgħu niżguraw li jkollna Milied ħieni mingħajr inċidenti żejda, b’riżultat ta’ ġugarelli difettużi.
L-Uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Konsumatur utal-Kompetizzjoni qegħdin jagħmlu spezzjonijiet f’diversi lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, u jinvestigaw kawżi fejn ġugarelli li m’għandhomx il-marki neċessarji jew li jistgħu jippreżentaw xi forma ta’ periklu għal min ikun qed jilgħab bihom jew għal ħaddieħor.
F’dan ir-rigward, is-Segretarju Parlamentari EdwinVassallo żied jgħid “Hawnhekk ta’ min jiġbed l-attenzjoni tal-formoli li hemm fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa ewlenin f’Malta u Għawdex u nħeġġu lill-konsumaturi biex jekk ikollhom informazzjoni li sfortunatament xi tfal ikunu korrew b’xi ġugarell, għandhom jimlew il-formoli li hemm apposta sabiex il-każ jiġi nvestigat u jekk jinstab li l-prodott ikun verament ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa mis-suq, mill-aktar fis possibbli.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow