IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX
pr1523
12/12/2003
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ser tippresiedi l-attivitajiet | organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar id-29 anniversarju ta’ Malta Repubblika. |
| Iċ-ċerimonja, li ser issir nhar is-Sibt 13 ta’ | Dicembru, ser tingħata bidu mill-Banda tal-Pulizija illi takkumpanja l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta’ nhar it-13 ta’ Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija teżegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti. Wara, il-Banda tal-Pulizija teżegwixxi marċ minn Pjazza Indipendenza sa Pjazza San Franġisk fejn takkumpanja l-wasla tal-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco. |
Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco jagħtu riċeviment f’okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en