Left arrow Go Back

IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX

pr1523
Date Icon 12/12/2003
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ser tippresiedi l-attivitajietorganizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar id-29 anniversarju ta’ Malta Repubblika.
Iċ-ċerimonja, li ser issir nhar is-Sibt 13 ta’Dicembru, ser tingħata bidu mill-Banda tal-Pulizija illi takkumpanja l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta’ nhar it-13 ta’ Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija teżegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti. Wara, il-Banda tal-Pulizija teżegwixxi marċ minn Pjazza Indipendenza sa Pjazza San Franġisk fejn takkumpanja l-wasla tal-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco.

Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco jagħtu riċeviment f’okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow