MESSAĠĠ MILL-PRIM-MINISTRU, L-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, GĦALL-MILIED U S-SENA L-ĠDIDA, LILL-MALTIN U GĦAWDXIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA
pr1521
12/12/2003
| Ħuti | Maltin u Għawdxin li tgħixu barra minn pajjiżna. |
| Wasalna | fit-tmiem ta’ sena oħra, sena li kienet movimentata. Movimentata, għalina li bqajna ngħixu hawn Malta, u naħseb movimentata għalikom ukoll minħabba ġrajjiet li ġraw f’pajjiżna, li qed jiġru fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa, u li qed jiġru madwar id-dinja. |
| Għalina | hawn Malta kienet is-sena fejn aħna l-Maltin iddeċidejna dwar il-ġejjieni ta’ pajjiżna, u kif nafu wkoll ivvutajna f’referendum u vvutajna f’elezzjoni biex Malta tissieħeb ma’ l-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla. Kienet sena movimentata għalina għax din ma kenitx deċizjoni żgħira, kienet deċiżjoni li sejra tfassal il-ġejjieni ta’ pajjiżna. Ma konniex waħedna li għamilna din id-deċiżjoni. Kien hemm disa’ pajjiżi oħra fl-Ewropa li wkoll se jsiru membri ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| L-Unjoni | Ewropea mis-sena d-dieħla se jkollha 25 pajjiż, u allura se tikber ħafna. Huwa ttamat li mhux biss tkun tabilħaqq kif inhi forza ekonomika, forza għall-ġid soċjali tal-pajjiżi membri, imma, wieħed jittama wkoll, li jkollha vuċi politika li tiswa fir-relazzjonijiet industrijali. Id-deċiżjoni tagħna hija deċiżjoni biex niżguraw li l-livell ta’ l-għixien tal-poplu Malti u Għawdxi jkollu, u jibqa’, jogħla fis-snin illi ġejjin. Naturalment kif għidna drabi oħra, hija deċiżjoni illi taffettwa lilkom ukoll, intom li l-maġġor parti minnkom żammejtu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna, se ssiru mill-1 ta’ Mejju, mhux biss ċittadini Maltin, mhux biss tibqgħu ċittadini tal-pajjiżi fejn tgħixu, imma se ssiru ċittadini Ewropej. Dan żġur li jagħtikom vantaġġi li intom ukoll tapprezzaw. |
| Hija | sena kif għidt illi kienet movimentata, sena illi rat ġrajjiet illi jħassbuna u jħassbuna ħafna. Partikolarment, naturalment, għandi f’moħħi l-gwerra ta’ l-Iraq. Il-gwerra ta’ l-Iraq b’konsegwenzi ta’ terroriżmu internazzjonali, li llum huwa perikolu għal kulħadd. Meta faqqgħet il-gwerra ta’ l-Iraq naturalment kulħadd ħass kemm din id-deċiżjoni kienet deċiżjoni gravi. Uħud minnkom tgħixu f’pajjiżi illi huma direttament involuti, u nimmaġina l-preokkupazzjoni li intom ilkoll għandkom. Id-dinja kollha preokkupata u hija ħaġa tajba li r-reġim li ma jixraqx lill-ebda pajjiż ċivili spiċċa. Imma lkoll nixtiequ li issa naraw il-paċi, is-sliem, id-demokrazija, tirritorna fl-Iraq. U kulħadd irid jaħdem biex dan jista’ jitwettaq kemm jista’ jkun malajr. |
| Intom | il-Maltin u l-Għawdxin li tgħixu barra minn pajjiżna naf li żżommu kuntatt qrib ħafna magħna hawn Malta, u huwa pjaċir tiegħi kull darba li jkolli okkażjoni li nżurkom fil-pajjiżi fejn qegħdin tgħixu. Din is-sena kelli l-okkażjoni li nkun fi New York u ltqajt hemmhekk mal-komunità Maltija, komunità li għadha tgħożż ir-relazzjoni tagħha ma’ Malta, għadha tgħożż ir-rabtiet familjari tagħha mal-familji hawn Malta. Komunità li għadha tgħożż ukoll il-valuri li aħna l-Maltin magħrufin għalihom. Kelli okkażjoni wkoll niltaqa’ mal-komunità Maltija f’Londra u rrid ngħid li kienet esperjenza partikolari, għax rajt il-Maltin magħqudin jiċċelebraw il-festa tal-Vittorja b’mod li huwa xi ftit straordinarju: meta tara purċisjoni bi statwa tal-Bambina għaddejja fit-toroq ta’ Londra. Verament ħaġa li timpressjona, ħaġa li tagħti eżempju, li turi, kif aħna l-Maltin għadna ngħożżu l-valuri. U niftakar jien illi meta ħadt parti fil-purċissjoni ġie wieħed, ftit wara, u qalli “stagħġibt kif il-Prim Ministru jkun mal-Maltin hawnhekk u jimxi fit-toroq f’din il-purċissjoni”. Għalina naturalment m’hi xejn straordinarju, hija xi ħaġa li turi aħna l-Maltin x’inhi l-għożża tagħna, il-prinċipji li aħna ngħixu ta’ kuljum u li huma msawra mit-tradizzjoni Kristjana ta’ pajjiżna. Din ir-rabta li għad għandna bejnietna hija rabta li aħna ngħożżu u għalhekk huwa pjaċir kbir tiegħi li għal darb’oħra fit-tmiem is-sena nwassal dan il-messaġġ lilkom. Messaġġ li qed nagħmlu mhux biss f’ismi u f’isem il-Gvern li jiena mmexxi, imma f’isem il-poplu Malti kollu. |
| Nixteqilkom | illi jkollkom Milied hieni fil-familji tagħkom u nittama li s-sena d-dieħla tkun sena ta’ ġid u sliem akbar milli kellna din is-sena. Nawgura lil kulħadd għalhekk illi jkollkom kull wieħed u waħda minnkom Milied hieni fil-familji tagħkom u nawguralkom suċċessi għas-sena l-ġdida. |
Insellmilkom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en