Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW
pr1520
11/12/2003
| Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Brussell fejn se jieħu sehem | fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Waqt din il-laqgħa mistenni jiġi diskuss it-tkabbir ekonomiku, ġustizzja u affarijiet interni, it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea u relazzjonijiet esterni. |
| Għall-laqgħa ta’ dan il-Kunsill, il-Kapijiet ta’ | l-Istati se jiltaqgħu ukoll bħala Konferenza Intergovernattiva, l-aħħar waħda li se ssir taħt il-Presidenza Taljana, bl-għan li jiġu konklużi d-diskussjonijiet dwar it-Trattat Kostituzzjonali. |
| Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru | tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, John Dalli, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Joe Borg, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana, u Director Policy EU Directorate, John Inguanez. |
| Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 13 | ta’ Diċembru. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en