F’DSATAX-IL XAHAR ĠEW IRREĠISTRATI 3381 TALBA TA’ PERMESSI GĦAL ATTIVITA’ KUMMERĊJALI - MEDJA TA’ SITT APPLIKAZZJONIJIET KULJUM
Minn Mejju 2002 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2003, it-Trade Licensing Unit fid-Diviżjoni għall-Kummerċ, f’Lascaris il-Belt Valletta irċeviet 3381 talba ta’ permessi għal attivita kummerċjali (medja ta’ sitt applikazzjonijiet kull jum). Din l-attivita’ kummerċjali prinċipalment titratta bejgħ bl-immnut, manifattura, u bejgħ minn swieq u toroq.
Mit-3381 talba għal-liċenjza, inħarġu 1967 permess, 1414 qegħdin jiġu pproċessati.
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lill-Media mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Finanzi u Infrastruttura, l-Onor. Edwin Vassallo waqt laqgħa li nżamment apposta ma’ l-imprendituri.
It-tabella hawn taħt tispjega f’hiex jikkonsistu dawn it-talbiet għall-permessi:
TIP TA’ LIĊENZJA | TALBIET MILQUGĦA | TALBIET LI QEGĦDIN JIĠU PPROĊESSATI. | TOTAL TA’ TALBIET IRREĠISTRATI |
Liċenzji tan-negozji ġodda għall-manifattura, bejgħ bl-immnut u attivitajiet kummerċjali oħra ta’ servizzi. | 687 | 390 | 1077 |
Bdil ta’ sid tan-negozju | 362 | 286 | 648 |
Reġistrazzjoni tal-bdil tal-kategorija | 235 | 108 | 343 |
Bejjiegħa fit-toroq | 180 | 163 | 343 |
Bejjiegħa tas-swieq | 257 | 113 | 370 |
Permess għall-fieri kummerċjali | 24 | 4 | 28 |
Kanċellazzjoni tan-negozju | 177 | 261 | 438 |
Car Boot Sale | 31 | - | 31 |
Late night shopping | 34 | 8 | 42 |
Bdil ta’ sid ta’ negozju b’wirt | 24 | 37 | 61 |
“Din l-istatistika tixhed li f’pajjiżna għandna attivita’ kummerċjali b’saħħitha fejn bosta huma dawk li qegħdin jaraw li jkollhom impjieg għal rashom f’din it-tip ta’ attivita’. L-emendi fil-liġi li tirregola l-ħruġ tal-liċenzji, li wasslu għal tnaqqis ta’ burokrazija kien fattur li kellu jgħin ghal aktar effiċjenza fis-sistema li toħroġ il-liċenzji ta’negozju."
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fakkar li ma jistax isir bejgħ minn post kemm-il darba ma jkunx hemm liċenzja maħruġa li tippermetti li ssir dik l-attivita’ kummerċjali.
“Kull attivita’ kummerċjali għal żmien temporanju għandha tkun koperta minn permess. Kull attivita’ li ssir li tkun tinkludi bejgħ bl-immnut ukoll għandha bżonn li jkollha permess u għalhekk kull min għandu ħsieb li jorganizza attivitajiet ta’ fieri kummerċjali li fihom ser isir bejgħ għandu wkoll japplika għall-liċenzja skond l-attivita’ li tkun.
Swieq ma jistgħux jaqbdu jkunu organizzati bla ma jkun hemm permess mill-Ministeru u mbagħad kull min irid ikollu post biex ibiegħ, jkollu bżonn il-permess tal-Kunsill Lokali tal-lokalita’.
Kull talba għall-permess hija marbuta mal-permess li jkun inħareġ mill-MEPA.
F’kas ta’ wirt, il-liċenzja tkun tista’ tinqaleb għal fuq il-werriet wara li jkun talab għal din il-bidla permezz ta’ formola li tindikalna x’informazzjoni addizjonali għandu bżonn.
Hdimna u ser inkomplu naħdmu biex innaqsu l-burokrazija, rridu naraw li nkomplu ntejjbu l-effiċjenza ta’ kull Dipartiment li minnu jinqeda min qiegħed fin-negozju. Għalhekk irridu naraw li maż-żmien naħdmu wkoll biex infakkru d-dmirjiet li jitolbu l-liġijiet. Iżjed ma nkunu nafu x’qed jitolbu l-liġijiet, iżjed ikollna settur kummerċjali li jaf aħjar x’inhu mistenni minnu u jaqdi aħjar lill-konsumatur. L-informazzjoni rigward il-liġijiet hija fiha nnifisha eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni tal-liġijiet, għalhekk erġajt fakkart il-prinċipji ġenerali li titratta l-liġi li tirregola l-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju" temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en