Left arrow Go Back

L-ISKOLA TAL-GUDJA TAGHLAQ 50 SENA

pr1514
Date Icon 10/12/2003
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea attenda ċerimonja fl-iskola William Baker tal-Gudja biex jitfakkru l-ħamsin sena mill-inawgurazzjoni ta’ l-iskola primarja tal-Gudja.  Iċ-ċerimonja bidet b’quddiesa ta’ radd il-ħajr.  Wara l-Quddies is-Surmast ta donazzjoni li nġabret mill-iskola għall-Fondazzjoni Daniel Delicata li qed taħdem biex is-swali ta’ l-isptar ikunu aktar akkoljenti għat-tfal li jqattgħu żmien fl-isptar.
Il-Ministru,flimkien mat-tfal ta’ l-iskola ħawwlu siġra u kixfu plakka kommemorattiva.  Għall-okkażjoni ittajjru wkoll 50 ħamiema li jirrappreżentaw il-ħamsin sena ta’ l-iskola.  Il-Ministru Louis Galea f’diskors qasir li għamel, tkellem dwar il-bidliet kbar li seħħew fl-edukazzjoni tul dawn l-aħħar ħamsin sena.  Hu qal li sfida ewlenija ta’ l-edukazzjoni fiż-żmien li ġej hu kif l-iskejjel tagħna se jsiru aktar skejjel li joffru tagħlim tul il-ħajja u jkunu ċentri ta’ tagħlim fil-komunita’.
Il-Ministruawgura li l-iskola tal-Gudja tkompli twettaq il-ħidma importanti tagħha fil-komunita’ tal-Gudja b’mod li l-poplu tal-Gudja ikompli jimxi l-quddiem fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp soċjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow