Left arrow Mur Lura

GHODDA IMPORTANTI BIEX TIZDIED IL-MOBILITA'

pr1513
Date Icon 10/12/2003
Il-European Union Programmes Unit - EUPU - fi ħdanil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ippreżenta CD Rom b’informazzjoni siewja u importanti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f’pajjiżna li se jitqassam f’diversi pajjiżi biex jintuża bħala għodda importanti biex tiżdied il-mobilita’.
EuroguidanceMalta, taħdem fil-qasam tat-taħriġvokazzjonali bħala parti mill-programm ta’ l-Unjoni Ewropea Leonardo da Vinci.  Dawn l-aħħar għaxar xhur minn mindu Euroguidance Malta bdiet taħdem f’dan il-qasam kienu mimlijin attivita’ immirita lejn il-ħolqien ta’ għodda utli għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor huma involuti fil-qasam edukattiv u taħriġ vokazzjonali. In-network ta’ ċentri ta’ Euroguidance jaħdem biex jiffaċilita l-mobilita` taċ-ċittadini Ewropej madwar l-Ewropa. Biex tilħaq dan l-iskop Euroguidance Malta tipprovdi aċċess għal riżorsi u informazzjoni dwar taħriġ vokazzjonali u “Lifelong Guidance” madwar l-Ewropa. Għaldaqstant fost dawk li jibbenefikaw mill-ħidma ta’ Euroguidance Malta hemm l-individwi u l-organizzazzjonijiet involuti f’guidance, kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema. Dawn l-iskopijiet setgħu jintlaħqu mill-Euroguidance Malta permezz tal-kontribut li tirċievi mill-Kummisjoni Ewropea li għal perjodu bejn Ottubru 2002 u Diċembru 2003 kien jammonta għal-74,111 Ewro.
L-għodda li fuqhom qed taħdem Euroguidance Malta huma diversi. Is-CD Rom li Euroguidance Malta għadha kif ippublikat hija waħda mill-għoddali għandhom jgħinu f’dan il-qasam. Din is-CD Rom tiġbor fiha informazzjoni dwar is-Sistema Edukattiva Maltija u t-Taħriġ Vokazzjonali f’Malta. L-iskop ewlieni ta’ din is-CD huwa li l-informazzjoni tkun miġbura f’sors wieħed li huwa aċċessibli għal numru kbir ta’ nies. Fil-fatt ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu diversi organizzazzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ vokazzjonali kemm lokali u b’mod speċjali dawk Ewropej.  Fl-istess ħin il-kontenut tas-CD jippromwovi l-Malta u r-riżorsi tagħha fil-qasam edukattiv.  Biex tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal din l-informazzjoni verżjoni tas-CD ser tkun pubblikata u l-informazzjoni se titpoġġa fuq l-Internet.
Is-CD Rom “Malta - A Guide to Education andVocational Training”:

·      Tagħti tagħrif dwar is-sitema edukattiva maltija, it-taħriġ vokazzjonali f’Malta u aspetti prattiċi tal-ħajja f’Malta għal min jagħżel li jqatta’ xi żmien jgħix f’pajjiżna;

·        Ser titqassam f’ 31 ċentru ta’ taħriġ, kulleġġi u universitajiet tal-Euroguidance fl-Unjoni Ewropea, f’diversi ċentri hi mmirata lejn studenti f’taħriġ vokazzjonali, studenti universitarji, lifelong learners u guidance counselors;

·        Hi mezz ta’ promozzjoni għal Malta fl-Unjoni Ewropea;

·        Tipprovdi kuntatti importanti għal istituzjonijiet edukattivi Maltin; 

EuroguidanceMalta qed taħdem fuq diversi inizjattivi oħra fosthom il-publikazzjoni ta’ studju dwar is-sistema lokali ta’ guidance and counselling u dawk Ewropej li ser ikun pubblikat qabel l-aħħar tas-sena. Is-sena d-dieħla ser ikunu pubblikati riżorsi li joffru informazzjoni lill-istudenti u pubbliku Malti dwar il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u s-sistemi edukattivi tagħhom. Dawn il-publikazzjoniet ikunu jinkludu wkoll informazzjoni prattika dwar il-ħajja f’dawn il-pajjiżi u kif wieħed jista’ jagħmel użu minn diversi servizzi li joffru.
Dan għandu jiffaċilita’ l-mobilita’tal-Maltin lejn pajjiżi Ewropej oħra. Biex tilħaq l-iskopijiet tagħha Euroguidance Malta qed tibni relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet Maltin mid-diversi oqsma tas-soċjeta li b’xi mod jew ieħor għandhom influwenza fuq l-edukazzjoni u x-xogħol f’Malta. Dan jippermetti li l-benefiċji minn Euroguidance Malta ikunu aċċessibli għal kull min huwa lest li jżomm ruħu aġġornat permezz ta’ taħriġ u studju fil-kuntest Ewropew.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. LouisGalea qal li pajjiżna jrid ikun ippreparat kemm jista` jkun biex minn Mejju li ġej il-Maltin jisfruttaw l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea.  Il-Ministru qal li hu konvint li l-Maltin se jkunu lesti għal din l-isfida u qal li eżempju tajjeb ta’ kif il-Maltin jistgħu jibbenefikaw mill-UE hi l-parteċipazzjoni attiva li kellna bħala pajjiż fil-programmi edukattivi u ta’ riċerka li toffri l-UE.  Il-Ministru qal li fi tliet snin, bejn 2001 u s-sena d-dieħla, aktar minn 3,000 Maltin se jkunu ħadu sehem fi programmi edukattivi jew ta’ taħriġ ta’ l-UE f’aktar minn 200 proġett, u dawn minbarra eluf ta’ Maltin oħrajn li jkunu ibbenefikaw b’mod indirett.
Il-Ministrutkellem ukoll dwar id-diversi inizjattivi li qed jittieħdu fil-Ministeru tiegħu biex l-oqsma ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u dak tat-tagħlim tul il-ħajja jingħataw l-importanza meħtieġa u biex jimxu l-quddiem. L-Onor.  Louis Galea semma fost l-oħrajn, ir-riforma li qed titwettaq fit-tagħlim ta’ l-Edukazzjoni Teknoloġika (Technology Education), l-investiment kapitali u l-iżvilupp li sar u qed isir fl-MCAST, il-ħidma li qed issir biex pajjiżna jkollu pjan strateġiku dwar it-tagħlim tul il-ħajja, l-investiment fit-teknoloġija ta’ l-informatika li issa qed tintuża wkoll għat-taħriġ ta’ l-adulti, u d-diversi skemi li toffri l-ETC.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow