SERVIZZI FAVUR IT-TURISTI
| “L-Awtorita’ | Maltija għat-Turiżmu qed tagħmel kull sforz biex ittejjeb il-prodott turistiku ta’ pajjiżna bl-iskop li nkomplu “inbiegħu” lil Malta bħala esperjenza għal min iżurna.” |
| Dan | qalu l-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech waqt diskors li għamel meta flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea nieda “The Visit Malta Bus Routes North and South” |
| Francis | Zammit Dimech qal li tul dawn l-aħħar snin pajjiżna bena niċeċ ġodda fis-settur turistiku filwaqt li kkonsolida dawk li diġa kellna. Pajjiżna żviluppa diversi minn dawn in-niċeċ: turiżmu tal-konferenzi u inċentivi, tagħlim ta’ l-Inġliż, underwater diving u ġiti permezz ta’ cruise liners. Ma’ dawn qed jiżdied it-turiżmu reliġjuż u t-turiżmu kulturali kompla jgħid. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li aktar ma nispeċjalizzaw fit-turiżmu aktar irridu noffru servizzi u nimmodernizzaw pajjiżna. Hu fakkar li l-Ministeru għat-Turiżmu kien illum responsabbli mill-iżvilupp urban u għalhekk kien jikkoordina l-proġetti kapitali tal-Kottonera, Manoel Island u l-Ponta ta’ Tigne u l-Cruise Liner Passenger Terminal li kienu qed jagħtu dehra ġdida lil pajjiżna u jressquna lejn turiżmu speċjalizzat. Hu qal li l-ġimgħa li għaddiet nieda l-proġett għall-iżvilupp tal-Qawra fejn se jinbena aquarium, se jkun hemm faċilitajiet ta’ rikreazzjoni filwaqt li se jiġi riabilitat ix-xatt tal-Qawra. Proġett ieħor li l-Ministeru kien qed jikkoordina kien dak ta’ l-iżvilupp tal-White Rocks li se jinvolvi investiment ta’ Lm25 miljun. |
| L-Awtorita’ | tat-Turiżmu qed twettaq diversi proġetti ta’ restawr u ta’ tisbiħ biex ittejjeb il-prodott turistiku. Minn żmien għal żmien, l-Awtorita’ tniedi proġetti biex it-turist ikun jista’ jilħaq aktar dak kollu li joffri pajjiżna inkluż il-knejjes ta’ pajjiżna u l-kampanja ta’ Malta. Dan kollu qed isir biex jikkumplimenta, u mhux biex jikkompeti ma’ dak li qed jitwettaq mis-settur privat. |
L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-MTA flimkien ma’ l-Awtorita’ tat-Trasport, għadha kif nediet servizzi bil-karrozzi tal-linja b’żewġ rotot, waħda li tilħaq it-Tramuntana u l-oħra għan-Nofsinhar ta’ Malta. Hu qal li s-servizz jibda u jispiċċa fix-xatt tas-Sliema
· Is-servizz lejn it-Tramuntana jgħaddi minn Paceville, Baħar iċ-Ċagħaq, is-Salina, il-Pjazza tal-bajja ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar, Triq il-Mosta Burmarrad, il-Mosta, il-Ġnien ‘L-Għarusa tal-Mosta’, l-Imdina, Pjazza tad-Dumnikani – Rabat, Buskett, Dingli Cliffs, Kappella tal-Madalena, Triq il-Kbira Dingli, Vjal il-Ħaddiem – Rabat, Mtarfa Bypass, Mosta, Pjazza l-Kbira – Naxxar, Triq il-Kbira – San Ġwann u lura minn Paceville għax-xatt tas-Sliema. Tul din ir-rotta ikun hemm waqfiet f’Paceville, it-terminus tal-Qawra, l-Imdina u l-Mosta minn fejn passiġġieri jistgħu jitilgħu u jinżlu.
· Is-servizz lejn in-Nofsinhar jitlaq mix-Xatt ta’ tas-Sliema lejn Paceville, Ġonna ta’ Sant’Anton, il-kampanja tas-Siġġiewi, iċ-Ċentru tas-Siġġiewi, il-Kappella tal-Providenza, Ħaġar Qim u l-Imnajdra, Wied iż-Żurrieq, il-kappella ta’ Bir Miftuħ, Marsaxlokk, Kalkara, Kottonera u lura minn Paceville għax-Xatt tas-Sliema. Tul din ir-rotta ikun hemm waqfiet f’Paceville , iċ-Ċentru tas-Siġġiewi, Marsaxlokk u l-Kottonera.
| Dawn | ir-rotot bi prezz ta’ Lm2 il-biljett qed jimlew vojt li kien ilu jinħass fejn viżitaturi lejn pajjiżna ikunu jridu jżuru Malta għal rashom permezz tas-servizz pubbliku. Inizjattivi bħal dawn huma ta’ min jinkorraġihom għaliex iżidu ma’ l-interess li t-turisti diġa juru lejn pajjiżna. |
| Francis | Zammit Dimech feraħ lill-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u lill-Awtorita’ Maltija tat-Trasport għall-inizjattiva tagħhom u awgura li dan is-servizz jintuża minn ħafna turisti fl-interess ta’ kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en