Left arrow Mur Lura

INSTALLAZZJONI TA’ TEKNOLOĠIJA ĠDIDA FL-APPARAT TA’ L-MRI TA’ L-ISPTAR SAN LUQA

pr1494
Date Icon 05/12/2003
L-installazzjoni ta’ teknologija gdida fuq l-MRI issa tlesta u danl-apparat reġa’ ġie għan normal.  Ix-xogħol ilu sejjer mis-27 t’ Ottubru u f’dan il-perjodu ġiet installata l-aħħar teknoloġija li teżisti f’dan il-kamp.
Dinit-teknoloġija fissret investiment ta’ madwar Lm340,000 u ġiet installata minn teknici barranin u Maltin.
Permezzta’ din it-teknoloġija l-ġdida ser jkun possibbli li jsiru aktar testijiet għax kull test ser idum nofs il-ħin ta’ qabel.  Dan għandu jgħin biex tonqos l-istennija għal dan is-servizz.
Matull-aħħar ġimgħa sar taħriġ intensif għall-istaff professjonali fid-Dipartiment tar-Radjoloġija minn teknici specjalizzati fl-MRI.  Din it-teknoloġija ġdida toffri diversi vantaġġi fosthom kwalità superjuri fl-image kif ukoll tnaqqis ta 40% fil-ħsejjes ambjentali waqt li jkun qed isir it-test.
Matulil-perjodu li l-MRI kien wieqaf, il-Gvern ħa ħsieb biex dawk il-każi urġenti ta’ MRI isiru fil-privat.  B’kollox saru 25 MRI’s fil-privat li qamu lill-Gvern Lm10,101.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow