Il-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIL-LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERNIJIET TAL-COMMONWEALTH
pr1490
05/12/2003
| Il-Prim | Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami llum ħalla Malta għat-Tunisia fejn se jipparteċipa fil-Western Mediterranean Forum, magħruf ukoll bħala Five plus Five. Id-diskussjonijiet f’dan il-forum se jikkonċentraw fuq l-istabbilità u s-sigurtà fil-Punent tal-Mediterran, kooperazzjoni ekonomika, l-integrazzjoni tal-Maghreb, kooperazzjoni soċjali u umanitarja kif ukoll djalogu bejn kulturi u ċivilizzazzjonijiet. Waqt din il-laqgħa l-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Ġustizzja u Intern, Tonio Borg, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana u l-Konsulent tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Saviour Stellini. |
| Il-Prim | Ministru għada mistenni jħalli t-Tunisia għall-Kapitali tan-Niġeria, Abuja, fejn se jipparteċipa fil-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-Commonwealth. Din il-laqgħa tressaq flimkien kważi terz tal-kapijiet tad-dinja. It-tema għal din is-sena hija ‘Demokrazija u Żvilupp: Sħubija għall-Paċi u l-Prosperità. |
| F’Abuja | l-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Joe Borg, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana, u d-Direttur, Affarijiet Multilaterali, Anthony Borg. |
| Il-Prim | Ministru huwa mistenni lura Malta nhar it-Tnejn, 8 ta’ Diċembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en