Id-dijabetiċi u l-mediċina b’xejn
pr1489
05/12/2003
| Il-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Louis Deguara jixtieq jiċċara dak | li ġie irrapurtat li qal f’kummenti li ta f’ġurnal ta’ nhar ta’ Hadd dwar il-mediċini b’xejn. Dwar dawn il-kummenti ħarġet stqarrija l-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete fejn uriet it-tħassib tagħha dwar dak li ġie rrapurtat li qal il-Ministru tas-Saħħa. |
| Waqt l-intervista, | il-Ministru tas-Saħħa fl-ebda ħin ma qal li l-mediċini għat-trattament tad-dijabete m’humiex ser jibqgħu jingħataw b’xejn mill-gvern. |
| Illum | kull min għandu d-dijabete jiġi ntitolat għall-karta r-roża irrispettivament mill-istat finanzjarju tiegħu. Bil-bidla li ser issir, id-dijabete ser tiġi kklasifikata taħt il-kartuna s-safra u għalhekk id-dijabetiċi jsiru intitolati għall-mediċini skond din l-iskeda. Ikunu biss dawk id-dijabetiċi li wara means test jiġu kklasifikati li d-dħul tagħhom huwa baxx, li jibqgħu intitolati ukoll għall-karta r-roża u b’hekk intitolati għal kull mediċina fuq il-formularju tal-gvern. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en