Left arrow Mur Lura

PROĠETT GĦALL-IŻVILUPP TAX-XATT TAL-QAWRA

pr1487
Date Icon 04/12/2003
“Fisforz biex inkomplu nsebbħu pajjiżna għalina u għat-turisti li jżuruna, il-Gvern kien qed jipproponi li tiġi żviluppata l-kosta tal-Qawra bejn in-New Dolmen Hotel u t-Torri tal-Qawra. Il-Gvern kien qiegħed għalhekk jistieden żviluppaturi prospettivi biex jirreġistraw l-interess tagħhom f’dan il-proġett skond il-kundizzjonijiet ta’ development brief li qed jiġi ppubblikat.”
Dan qalu l-Ministrugħat-Turizmu l-Onor. Francis Zammit Dimech meta kien qed jniedi l-proġett għall-iżvilupp ta’ aquarium marittimu, faċilitajiet ta’ rikreazzjoni u r-riabilitazzjoni tax-xatt tal-Qawra. Il-proġett jinkludi l-iżvilupp ta’ aquarium marittimu, faċilitajiet għar-rikreazzjoni u r-riabilitazzjoni tax-xatt.
Il-miriewlenin tal-proġett propost huma:

·     L-iżvilupp ta’ aquarium marittimu fuq il-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ ekosistemi marittimi – partikolarment speċi lokali u Mediterranji – u dinamika kostali. Dan għandu jipprovdi attrazzjoni edukattiva filwaqt li jkun inkorraġit aktar l-apprezzament ta’ riżorsi bħal dawn u nsiru aktar konxji ta’ problemi ta’ konservazzjoni;

·     Li jitmexxa skond  il-qafas ta’ l-ippjanar eżistenti skond kif jirrizulta mill-Pjan Strutturali;

·     Li jkun  propost li dan il-progett ikun wieħed sħiħ –  aktar minn wieħed segregat – bażat fuq l-użu aċċettabbli ta’ l-art filwaqt li jiġu protetti dawk l-inħawi skedati għall-importanza ekoloġika tagħhom;

·     Li jinħoloq ambjent aħjar u isbaħ tul il-promenade billi jiżdiedu l-ispazji miftuħa u aċċettabbli fl-inħawi, billi jkun hemm passaġġ kontinwu għall-mixi tul il-proġett, u li jinkorpora landscaping ta’ kwalita’ għolja u li taqbel ma’ l-ambjent tul il-proġett kollu;

·     Li jiġu restawrat u mkattar l-apprezzament  tal-features storiċi bħall-entrenchment wall u l-beach post;

·     Li jippromwovi l-aċċess pubbliku għax-xatt u l-inħawi bil-blat filwaqt li jiġi żgurat li l-inħawi fejn isir l-għawm jiġu protetti minn  żvilupp li ma jaqbilx ma’ l-inħawi;

·     Li jinstab post għal numru ta’ faċilitajiet żgħar għad-divertiment li jkompli jiddiversifikaw il-prodott preżenti. Dawn għandhom  jikkumplimentaw l-urbanizazzjoni eżistenti fil-Qawra u Bugibba li huma predominentalment inħawi residenzjali, akkomodazzjoni turistika u stabilimenti ta’ catering;

·    Li jiżgura li l-iżvilupp propost ta’ aquarium ma joħloq ebda riskju għall-ambjent marittimu Malti
permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ speċi li ma jaqblux ma’ l-ambjent marittimu lokali; u

·     Li jiżgura li l-aquarium marittimu propost jiffaċilita’ l-iżvilupp ta’ programmi ta’ riċerka u faċilitajiet fl-ambjent marittimu u f’kollaborazzjoni ma’ aġenziji oħra. 

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li l-proċess ta’ l-għazla għandu jieħu sena u se jkun maqsum f’erba’ stadji: 

  1. Tnedija tad-development brief li qed issir il-lum;
  2. Reġistrazzjoni ta’ interess;
  3. Short-listing ta’ l-iżviluppaturi;
  4. Sottomissjoni tal-proposti dettaljati.

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li kopji tad-development brief setgħu jinkisbu mingħand id-Direttur, Dipartiment tat-Turiżmu – 172, Triq Melita Valletta. Ir-reġistrazzjoni ta’ l-interess għandha issir mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-iżviluppaturi interessati mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn 1 ta’ Marzu, 2004. F’għeluq il-proċess jiġu aġġudikati s-sottomissjonijiet finali. 

Żied jgħid li dan il-proġett jidħol fil-pjani tal-Gvern biex inżommu u ntejjbu l-livelli turistiċi f’pajjiżna. Hu qal li l-Gvern se jkompli jwettaq proġetti ta’ tisbiħ direttament hu u se jwettaq proġetti simili bi sħab mas-settur privat. 

L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru għat-Turiżmu kien qiegħed bħalissa jikkoordina tliet proġetti turistiċi ewlenin: il-proġett għall-iżvilupp tal-Kottonera; il-proġett għall-iżvilupp ta’ Manoel Island u l-Ponta ta’ Tigne u l-proġett għall-iżvilupp ta’ Cruise Liner Passenger Terminal. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li proġett ieħor li d-diskussjonijiet dwaru ġew finalizzati – u li mistenni jibda jitwettaq wara li jgħaddu l-proċeduri kollha meħtieġa fil-Parlament – hu dak għall-iżvilupp tal-White Rocks, proġett li se jitwettaq minn kumpannija b’interessi Maltin u Spanjoli u li se jinvolvi investiment ta’ Lm25 miljun.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li tul dawn l-aħħar snin il-promenades u x-xtut ta’ pajjiżna kienu qed jingħataw dehra ġdida biex jitgawdew minn kulħadd.  Appella wkoll biex dawn il-proġetti jinżammu ndaf u jitħarsu minn kull tip ta’ vandaliżmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow