IMFAKKRA S-SENA EWROPEA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITA’
pr1485
03/12/2003
| Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea għall-Persuni b’Diżabilita`, | il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Kumpless Aċċess tella’ programm kommemorattiv li kien jikkonsisti minn sessjonijiet ta’ informazzjoni u esperjenzi, tħawwil tas-siġra u kxif ta’ Mafkar Kommemorattiv mill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Politika Soċjali Lawrence Gonzi. |
| Il-Kumpless Aċċess, huwa proġett tal-Ministeru | għall-Politika Soċjali li iħaddan fih numru ta’ ċentri ta’ servizzi soċjali fosthom Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta’ Soċjali, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Cottonera Community Service u Smartkids ta’ l-Aġenzija Appoġġ, id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita` li jmexxi ċ-Ċentri ta’ Taħriġ għall-Adulti u l-Awtorita` tad-Djar. |
| Il-ġurnata fetħet b’diskorsi qosra mis-Sur Joe | Gerada, chairman tal-Bord tad-Diretturi ta’ l-Aċċess u l-Kap Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija Appoġġ u mis-Sur Vincent Tonna, assistent direttur fid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita`. |
| Is-Sur Charles Cassar, Senior Manager ta` l-ETC, | spjega fid-dettal l-iskemi u s-servizzi li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ toffri lill-persuni b’diżabilita` li jridu jaħdmu. Dawk preżenti semgħu jitkellmu lis-Sinjorina Kirsten Ellul u s-Sur Epifanju Vella, żewġ persuni b’diżabilita`, li kellhom esperjenza pożittiva tax-xogħol. Min-naħa l-oħra żewġ sidien: is-Sur Mario Sammut mill-kumpanija ST u s-Sur Noel Borg minn Playmobil spjegaw fid-dettal l-esperejenza ta’ persuni b’diżabilita` li impjegaw huma. |
| Wara diskussjoni qasira mmexxija mis-Sur Tonna l-programm | kommemorattiv ġie fi tmiem bi tħawwil tas-siġra u kxif ta’ mafkar tas-Sena Ewopea tal-Persuni Diżabilita` mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Lawrence Gonzi li f’diskors ta’ l-okkażjoni semma kif l-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’ isaħħaħ permezz tal-politika tal-aċċessibilita’ u l-mainstreaming. Huwa semma kif matul dan l-aħħar tlett snin ġiet mnedija Agenżija speċjalizzata sabiex tipprovdi servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilita’ kif wkoll servizzi ta’ assistenza fil-komunita’. Il-Ministru semma li madankollu xorta waħda għad jonqos ħafna xi jsir sabiex il-persuni b’diżabilita’ jgħixu mingħajr xkiel f’soċjeta’ inklussiva u għaldaqstant “hemm bżonn li nkomplu naħdmu flimkien – il-partijiet soċjali kollha u l-gvern – sabiex flimkien naslu.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en