Left arrow Go Back

IL-MINISTRU JOE BORG JATTENDI S-SITT LAQGHA GHAL MINISTRI TA` L-AFFARIJIET BARRANIN F’NAPLI

pr1483
Date Icon 03/12/2003
Il-Ministruta` l-Affarijiet Barranin, l-Onor. Joe  Borg, ippartecipa fis-sitt laqgha ghal Ministri ta` l-Affarijiet Barranin li saret gewwa Napli fit-2 u t-3 ta’ Dicembru 2003.
Matuldin il-laqgha il-Ministri iddiskutew is-sitwazzoni fir-regjun, b’mod specjali fl-Iraq u l-Process ta’ Paci fil-Lvant Nofsani. Il-Ministri, kif kien mistenni, addottaw tliet decizjonijiet importanti ghat-tishieh tal-Process Ewro-Mediterranju. Dawn kienu:

-     l-inkluzjoni ta` l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, li ghadha kif twaqqfet u li tissostitwixxi l-hekk imsejjah Forum Parlementari, fil-qafas tal-Process ta’ Barcelona bi status konsultattiv; 

-     ir-rafforzament tal-Facilita’ Ewro-Mediterranja ghal-Investiment u l-Partenarjat (FEMIP) li mistennija tkompli ssahhah l-involviment tal-Bank Ewropew ghall-Investiment fl-izvilupp ta` l-intraprizi zghar u ta’ daqs medju fir-regjun; 

-     u l-kreazzjoni ta’ Fondazzjoni ghal-Djalogu bejn il-Kulturi sabiex issahhah u testendi l-ftehim u l-konoxxenza tad-diversi kulturi; 

Din il-laqgha kkonfermatukoll ir-rieda tal-Pajjizi partecipanti, nkluzi dawk li ghandhom isiru membri ta` l-Unjoni Ewropea f’Mejju tas-sena d-diehla, li jsahhu l-koperazzjoni bejniethom sabiex tinholoq tabilhaqq zona ta’ sigurta`, stabilita` u prosperita` fil-Mediterran.
Il-laqghaddiskutiet ukoll il-koperazzjoni bejn il-pajjizi tal-process fl-isfond tal-politika gdida ta’ l-Unjoni Ewropea, l’hekk imsejjha ‘New Neighbourhood Initiative.’
Il-Ministrijergaw jiltaqaw f’Mejju 2004 f’Dublin, taht il-Presidenza Irlandiza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow