ID-DIŻABILITA’ U X-XOGĦOL
pr1479
03/12/2003
| Il-Kummissjoni Nazzjonali | Persuni B’Diżabilita’ organizzat Konferenza dwar id-diżabilita’ u x-xogħol bħala parti mill-attivitajiet fil-ġimgħa iddedikata lill-persuni b’diżabilita’. Il-Ministru ta` l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea li fetaħ din il-konferenza tkellem dwar il-valur ta’ l-ugwaljanza u kemm il-Gvern ħadem tul is-snin biex ikun hawn ugwaljanza f’kull qasam. |
| Il-Ministru | qal li bħala pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea Malta se tkun qed taħdem aktar biex l-ekonomija ta` l-UE tikber biex tkun l-akbar ekonomija fid-dinja. Madankollu dan trid tagħmlu b’mod sostenibbli u b’koeżjoni soċjali. Il-Ministru tkellem dwar l-iżviluppi li seħħew f’dawn l-aħħar snin kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fis-settur tax-xogħol f’pajjiżna. Tkellem ukoll dwar il-liġijiet li kienu addottati dan l-aħħar u l-ħidma intensiva minn-naħħa ta` l-ETC biex jinstab xogħol produttiv ghal persuni b’diżabilita’. |
| Waqt | il-konferenza saru wkoll żewġ preżentazzjonijiet interessanti mill-ETC u mill-Ekonomista Gordon Cordina. Fil-preżentazzjoni ta’ l-ETC kien diskuss stħarriġ li sar mill-ETC fejn ġew intervistati numru ta’ persuni b’diżabilita’ u sidien tax-xogħol. Minn dan l-istħarriġ joħroġ li l-persuni b’diżabilita’ li qed jaħdmu jinsabu l-aktar fis-settur pubbliku (31%) jew fis-Servizzi (46%). 73% ta’ dawk li huma bla xogħol jirreġistraw għax-xogħol u għalkemm nofshom m’għandhomx kwalifiki tlett kwarti minnhom jafu jiktbu u jaqraw. L-istħarriġ juri wkoll li filwaqt li 50% qalu li qatt ma fittxew għajnuna biex isibu xogħol, 36% ta’ dawk qegħda qalu li qatt ma fittxew xogħol u dan minħabba n-nuqqas ta’ l-għarfien meħtieġ. |
| L-Ekonomista | Gordon Cordina qal li jekk wieħed jikkonsidra li hawn madwar 900 student b’diżabilita’ u mat-3100 persuna ta’ l-eta tax-xogħol, ifisser li f’pajjiżna hawn mal-4000 persuna li għandhom il-potenzjal li jagħmlu impatt ekonomiku importanti. Hu qal li l-figura ta’ persuni b’dizabilita’ li huma attivi fid-dinja tax-xogħol hi ta’ żewġ terzi tal-figura nazzjonali filwaqt li r-rata tal-qgħad hi d-doppju. Hu qal li wieħed minn kull ħamsa biss għandhom impjieg fiss. Is-Sur Cordina tkellem ukoll dwar il-bżonn ta’ skemi li jagħtu inċentiv biex persuni b’diżabilita` isibu x-xogħol. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en