Left arrow Mur Lura

Miżuri favur is-settur turistiku fil-budget

pr1471
Date Icon 02/12/2003
Meta inawgura dwal dekorattivili saru mill-Kunsill Lokali Sliema u mis-Sliema Business Community fi Triq Bisazza ghal żmien il-festi tal-Milied, il-Ministru għat-Turiżmu Francis Zammit Dimech qal li f’dawn iż-żminijiet tas-sena, f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex, isiru sistemi ta’ dwal dekorattivi li mhux biss jgħinu biex jikber il-ferħ li jġibu magħhom dawn il-ġranet, iżda wkoll biex ikun attirat iżjed negozju lejn it-toroq hekk imzejjna.
Il-MinistruZammit Dimech qal li t-toroq dekorati bid-dwal huma wkoll ta’ attrazzjoni għal eluf ta’ turisti li f’Diċembru jżuru pajjiżna. Hu qal li s-sena l-oħra hu kien ħa l-inizjattiva li jsebbaħ bi dwal dekorattivi s-siġar kollha tul iż-żewġ kilometri u nofs ta’ promenade minn Tas-Sliema sa San Ġiljan. Aktar tard, fuq talba ġenerali, kien deċiż li d-dwal jitħallew mixgħula tul il-kumplament tas-sena.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-ispirtu tal-Milied, li tant jidher fostna f’dawn il-jiem, jikkontribwixxi ħafna għas-settur turistiku. Hu qal li fl-aħħar budget, il-Gvern ta attenzjoni speċjali lis-settur turistiku. Huwa fakkar li minkejja d-diffikultajiet kollha, żammejna n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna s-sena l-oħra. Hu qal li fl-istess waqt żdiedu n-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta u żdied anke d-dħul.
FrancisZammit Dimech qal li l-Gvern kien qed jipprovdi fil-budget Lm10 miljun fuq perjodu ta’ erba’ snin biex isiru proġetti ta’ tisbiħ għal pajjiżna li jsaħħu l-attrazzjoni li għandu jkollna biex aktar turisti jiġu jżuruna. Hu qal li dan kien se jitgawda wkoll mill-Kunsilli Lokali, li l-lokalitajiet tagħhom huma f’zoni turistiċi.
Il-MinistruZammit Dimech qal li kif tħabbar fid-diskors tal-budget, l-ispejjeż rikorrenti u kapitali tat-turiżmu u l-kultura, se jkunu kkontrollati f’kont apposta li jkun mibni mid-dħul tal-VAT minn lukandi u ristoranti, kif ukoll mill-flus li Heritage Malta jirnexxielha tiġbor mill-ħlas għad-dħul fis-siti taħt il-kura tagħha. Il-flus f’dan il-kont jiġu allokati għall-kontribuzzjoni lill-MTA u l- Heritage Malta, l-ispiża tal-Ministeri konċernati u l-proġetti kapitali ta’ ndukrar tal-Wirt Nazzjonali u ta’ l-iżvilupp u t-tisbiħ tal-prodott turistiku.  Miżura oħra favur is-settur turistiku kienet li filwaqt li l-ogħla rata tal-VAT żdiedet, ir-rata mnaqqsa ta’ 5 fil-mija għas-settur turistiku baqgħet l-istess.
FrancisZammit Dimech fakkar li l-kontribuzzjoni diretta tal-Gvern lejn is-settur turistiku fl-aħħar ħames snin kibret bi 48 fil-mija – minn Lm5.75 miljun fl-1998 għal Lm8.5 miljun din is-sena. Hu qal li minbarra din il-kontribuzzjoni diretta l-Gvern fl-aħħar snin ikkontribwixxa wkoll miljuni oħra f’tisbiħ ta’ promenades u zoni turistiċi u f’riabilitazzjoni u restawr ta’ bini storiku li jgħin biex ikollna prodott turistiku aħjar. Il-miżuri li ħa l-Gvern dwar is-settur turistiku ntlaqgħu tajjeb mill-operaturi f’dan is-settur għaliex se jkomplu jikkontribwixxu biex pajjiżna jissebbaħ u jsir aktar modern.
FrancisZammit Dimech irringrazzja lill-Kunsill Lokali Sliema u lill-Komunita’ Kummerċjali ta’ tas-Sliema għall-inizjattiva tagħhom, filwaqt li awgura lilhom u lill-familji tagħhom Milied hieni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow