Left arrow Go Back

Il-Gvern qed jinvesti f’ħidma kontra l-burokrazija

pr1469
Date Icon 01/12/2003
"Il-ħidma kontra l-burokrazija hija prijorità tal-Gvern. Fihannifisha l-burokrazija hija l-ikbar theddida għall-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda. F’pajjiżna fl-aħħar snin rajna ammonti sostanzjali ta’ impjiegi godda fis-settur tan-negozji żgħar, u hekk ukoll qed nistennew li fil-ġejjieni, is-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi fis-settur ta’ negozji żgħar ser tkompli tirranka.”
Dawn kienu l-kummenti li s-Segretarju Parlamentarifil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo ghamel meta kien qed jintroduċi lil Aidan Harte, Direttur Manigerjali tal-kumpanija Optimum Results Ltd, fl-Irlanda, li jinsab f’Malta fuq stedina ta’ l-IPSE, biex flimkien ma’ uffiċjali ta’ l-IPSE jkunu jistgħu jorganizzaw skema ta’ taħriġ fl-Entrepreneurship for Service Providers, għal min qed jaħdem f’Awtoritajiet u Dipartimenti. Dan it-taħriġ għandu jwassal biex f’pajjiżna għandu jkollna uffiċjali li kapaċi jifhmu aħjar is-sitwazzjonijiet ta’ min jaħdem għal rasu fin-negozju tiegħu. Aidan Harte ser ikun ukoll il-kelliemi ewlieni fid-diversi laqgħat pubbliċi oħra li se jsiru fir-rigward ta’ dan is-suġġett.
“Fl-Unjoni Ewropea, 93% ta’ l-Intrapriżijħaddmu anqas minn 10 impjegati; infatti 20.5 miljun intrapriża fil-European Economic Area jipprovdu mpjieg għal 122 miljun ħaddiem. Dan ifisser li fil-pajjiżi Ewropej, in-negozji ż-żgħar huma settur ekonomiku li jenħtieġ li jkun mgħejjun. F’Malta wkoll l-akbar ammont ta’ negozji huwa s-settur tan-negozji żgħar, u dan hu l-aktar settur li joħloq impjiegi u li jenħtieġ li jkompli jigi nkoraġġit. U għalhekk għandna naraw li dan is-settur hekk importanti għall-ekonomija tal-pajjiz, ma jkunx suġġett ta’ burokrazija żejda.”
"Fl-Unjoni Ewropea, regolamenti li ħolquburokrazija żejda qegħdin jiswew lin-negozju Ewropew mal-50 biljun Ewro fis-sena. In-nefqa totali tar-regolamentazzjoni qed tkun l-ispiża ta’ madwar 4 sa 6% tal-GDP kull sena, li jfisser 360 Ewro u 540 biljun Ewro.”
“Il-Pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea humaresponsabbli minn 50 sa 90% tar-regolamenti li jsiru. Studju Svediż jirrapporta li Brussel huwa biss responsabbli ta’ 10% tal-piż burokratiku fuq in-negozji. Filwaqt li studju mir-Renju Unit jirrimarka li 60% tar-regolamenti burokratiċi jsiru fuq livell nazzjonali. Dawn iċ-ċifri wkoll jistgħu jiġu attribwiti għal x’jiġri f’pajjiżna. Il-burokrażija u r-regolamenti kif qegħdin ikunu mogħtija lis-settur kummerċjali u ndustrijali, huma kollha kważi regolamenti magħmula minn Dipartimenti u Awtoritajiet Maltin."
“F’dawn is-sentejn li ġejjin, Malta bhalapajjiż ġdid fl-Unjoni Ewropea, huma l-iżjed sentejn importanti li fihom irridu naraw li ma jkollniex burokrazija eċċessiva li tkun qed toħnoq lil min irid jagħmel negozju. Irridu nkunu attenti li ma nwasslux lil min qiegħed fil-kummerċ biex jaħseb li l-akbar problema li għandu hija għaliex qiegħed fin-negozju."
“It-tnaqqis tal-burokrazija hija l-iktar għajnunali qed jistennew is-sidien tan-negozji żgħar tagħna u s-‘self employed’ mingħand il-Gvern. Jekk f’pajjiżna kapaċi niżviluppaw politika mprenditorjali li kapaċi tifhem il-ħtiġiet ta’ dan is-settur flimkien, inkunu qegħdin naħdmu biex inkattru l-impjiegi.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow