Inawgurazzjoni ta’ serra botanika u gaġeġ ta’ l-għasafar f’San Anton
pr1466
01/12/2003
| Madwar sena ilu, il-Gvern, flimkien ma’ kumpanniji privati, waqqaf l-Environmental | Landscapes Consortium, ibbażat fuq il-kunċett ta’ public private partnership. Minbarra xogħol ta’ tisbiħ li llum kulħadd beda jgawdi l-frott tiegħu fit-toroq tagħna, il-Konsorzju ingħata wkoll ir-responsabbiltà tat-tisbiħ u l-iżvilupp tal-ġonna pubbliċi. |
| Waqt l-inawgurazzjoni ta’ l-ewwel serra botanika u | t-titjib li sar fil-gaġeġ ta’ l-għasafar fil-gnien ta’ San Anton, il-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino spjega kif ix-xogħol tal-Konsorzju llum hu apprezzat minn kulħadd. Il-kunċett tal-public private partnership ukoll intlaqa’ tajjeb u l-Gvern qed jistudja l-possibilta’ li dan ikun mifrux f’setturi oħra. |
| Il-Ministru Pullicino qal li l-ġnien ta’ San Anton | kellu bżonn jingħata dehra isbah. Dan ma jfissirx biss xogħol ta’ restawr, iżda trid tingħata wkoll importanza lill-istorja u l-arti marbuta mal-post. Ix-xogħol kien jikkonsisti f’tindifa ġenerali li permezz tagħha numru ta’ siġar, fosthom palm, ġew imħawla biex jagħtu dehra isbah. Tħawwlu wkoll fjuri staġjonali li ser jikkumplimentaw u jagħtu kulur matul is-sena kollha. It-titjib li qed naraw il-frott tieghu llum, għandhom iservu ta’ attrazzjoni għall-mijiet ta’ nies li jżuru dan il-ġnien. Għandhom iwasslu wkoll biex jikber in-numru ta’ viżitaturi f’dan il-post. |
| Il-Ministru Pullicino temm id-diskors tieghu billi | wera’ l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li saret fi żmien qasir, u li twettqet mill-ħaddiema ta’ San Anton stess, liema haddiema qabel kienu jaħdmu mal-“Urban and Rural Landscaping Section” fil-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd flimkien ma’ ‘team’ ieħor ta’ ħaddiema magħmul minn ex-ħaddiema tal-Kalaxlokk. Dawn kollha jagħmlu parti mit-305 ħaddiema li jaħdmu mal-Konsorzju. Huwa appella biex kulħadd jgħin fil-ħarsien ta’ l-ambjent ta’ madwarna. Ambjent aħjar jiddependi mill-isforz ta’ kull wieħed u waħda minnha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en