Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT IWIEĠEB KUMMENTI TAL-GWU DWAR IL-PBS LTD.

pr1463
Date Icon 01/12/2003
Il-Ministerugħat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jirreferi għal kummenti li għamlu lill-istampa, uffiċjali tal-General Workers’ Union rigward il-PBS u n-negozjati għall-ftehim kollettiv tal-union.
Il-Ministerujfakkar lill-union, li l-Gvern, permezz tal-Collective Bargaining Unit, ta lill-union abbozz tal-ftehim kollettiv madwar ħames ġimgħat ilu. L-union ħadet ħames ġimgħat biex tagħti r-reazzjonijiet tagħha għall-abbozz li għamel il-Gvern minkejja, kif qalet l-union stess lill-istampa, l-union stess jidhrilha li m’hemmx tibdiliet kbar minn dak li kien diġà diskuss bejn il-Gvern u l-union.
Il-uniontat ir-reazzjonijiet tagħha għall-ftehim kollettiv nhar il-Ħamis li għadda – lejlet il-jum li fih l-union bdiet tagħti dawn il-kummenti lill-istampa – u dawn qegħdin bħalissa jiġu kkunsidrati mill-Gvern u mill-Management tal-kumpanija kif inhu fuq kollox normali.
Il-Gvernqed jittama li jsir progress ma jdumx bejn il-Gvern u l-union dwar il-ftehim kollettiv u m’għandu l-ebda diffikultà biex immedjatament meta dan jiġri, jinforma lill-union bl-intenzjonijiet tiegħu dwar in-numru ta’ impjegati fil-kumpanija u l-istruttura li biha ser taħdem il-kumpanija, kif ukoll bl-iskemi tat-temmija volontarja ta’ l-impjieg u ta’ l-irtirar kmieni mix-xogħol.
Il-Gvernma jarax għalfejn l-union għandha thedded azzjonijiet industrijali jekk ma tkunx taf x’ser tkun l-iskeda tal-programmi tal-PBS u liema minn dawn il-programmi ser isiru mill-PBS jew ser jinxtraw minn barra. Dawn huma materji kummerċjali, li jiddeċidihom il-Bord u l-Management tal-kumpanija skond il-bżonn u m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi ftehim mal-union.
Ir-ristrutturartal-PBS hu proċess kumpless li jirrikjedi kawtela u azzjoni determinata. Il-GWU qed tilmenta li ilha tistenna s-snin biex isir dan ir-ristrutturar. M’hemmx dubju li dawn l-aħħar ġranet ta’ xogħol huma l-aktar delikati u kumplikati, iżda m’hemmx dubju l-anqas li huma neċessarji. Il-Gvern għandu l-intenzjoni li bla dewmien, ikompli bid-diskussjonijiet mal-union biex jingħalaq il-ftehim kollettiv u jsir progress fuq il-materji l-oħra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow