Left arrow Go Back

Edukazzjoni Inklussiva

pr1462
Date Icon 01/12/2003
F’KonferenzaNazzjonali organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ġiet diskussa l-politika dwar l-edukazzjoni inklussiva adottata mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin. Il-Ministru Louis Galea, li fetah il-Konferenza, ħabbar li nieda proċess ta’ reviżjoni ta’ din il-politika u l-mod kif qed titwettaq fl-iskejjel. F’dan il-proċess qed jiġi nvolut kull min b’xi mod għandu x’jaqsam.  Il-Ministru qal li jeħtieġ nevalwaw b’mod kritiku l-ħidma u l-progress li twettqu fl-aħħar għaxar snin mindu f’Malta adottajna politika ta’ inklussività fl-edukazzjoni.
Il-Ministruta’ l_Edukazzjoni qal li f’Malta u Għawdex għandna mat-800 tifel u tifla b’diżabiltà li jirċievu edukazzjoni fl-iskejjel primarji u mal-220 oħra fis-settur sekondarju.  Għandna mas-600 ‘facilitator’ u ‘kindergarten assistants’ li qed jagħtu s-servizz edukattiv tagħhom lil dawn l-istudenti.  Għandna ħames skejjel speċjali li jipprovdu programm edukattiv lil madwar 270 student.  F’pajjiżna għandna ukoll servizz ta’ tagħlim fid-dar għal tfal li ma jistgħux jattendu skola, servizz ta’ għalliema ‘peripatetic’, klassijiet speċjali fl-iskejjel biex jgħinu tfal li għadhom ma żviluppawx l-‘iskills’ bażiċi u anke servizz ta’ tagħlim fl-isptar.
Il-MinistruGalea qal li l-edukazzjoni inklussiva hija parti ntegrali mis-sistema sħiha ta’ edukazzjoni f’pajjiżna. Hu sostna li meta nitkellmu fuq edukazzjoni inklussiva qed nifhmu li fejn hu possibbli tfal b’diżabilita’ u tfal li m’għandhomx diżabilita’ jitgħallmu flimkien fi skejjel li jipprovdulhom it-tagħlim u l-appoġġ meħtieġ.  Edukazzjoni inklussiva tagħti valur lil kull student b’mod ugwali, b’mod li dejjem tiżdied l-parteċipazzjoni ta’ kull student fil-kultura, il-kurrikulu u l-komunitajiet ta’ l-iskejjel tagħna.  Il-Ministru Galea żied li dejjem irridu naħdmu biex nirristrutturaw il-politika u l-prattika tagħna fl-iskejjel biex nilħqu bl-aktar mod effettiv id-diversità ta’ l-istudenti f’kull lokalità f’Malta u Għawdex.
Il-MinistruGalea qal li aktar ma nimxu fit-triq ta’ l-iżvilupp edukattiv, aktar irridu nwaqqgħu l-ħitan li jxekklu t-tagħlim u l-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Hu kompla jgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw biċ-ċar kemm irridu nenfasizzaw ir-rwol ċentrali ta’ l-iskejjel fil-bini tal-komunitajiet tagħna, speċjalment fl-iżvilupp tal-valuri.  Kulħadd għandu d-dritt jagħti l-kontribut siewi lil pajjiżna.  Irridu dejjem nimmiraw mhux biss lejn edukazzjoni inklussiva, imma b’mod aktar wiesgħa lejn soċjetà inklussiva.
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda riforma fis-settur ta’ l-Edukazzjoni Inklussiva.  Se jitwaqqaf bord li se jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ diversi entitajiet f’dan is-settur.  Dan il-Bord se jevalwa s-sitwazzjoni preżenti ta’ l-edukazzjoni inklussiva f’pajjiżna u jipproponi strateġiji kif nistgħu ntejbu s-servizz li qed jingħata.  Il-mira hija li fi żmien stipulat, dan il-Bord jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tal-bidliet li jridu jseħħu biex nisguraw edukazzjoni ta’ kwalità anke f’dan is-settur.  Louis Galea temm jgħid li l-Gvern se jkun qed jeżamina kemm l-edukazzjoni inklussiva kif ukoll is-sitwazzjoni ta’ l-iskejjel speċjali u rridu naslu għall-pjan strateġiku nazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow