Left arrow Go Back

PROĊEDURI TEMPORANJI GĦALL-IMPORTAZZJONI

pr1457
Date Icon 28/11/2003

“Minn Mejju sa Diċembru 2004, l-Unjoni Ewropea ser titlob lill-imporaturi tal-pajjiżi membri ġodda biex jimportaw bi kwota l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li jkunu mportati direttament miċ-Ċina, North Korea u s-Serbia w Montenegro."

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta dalghodu kien qed jindirizza Konferenza Stampa.

Edwin Vassallo qal li l-Kwota fuq l-importazzjoni ser tkun tkopri l-perjodu ta’ 8 xhur, minn Mejju sa Diċembru tas-sena 2004 u li ser tkun tkopri l-importazzjoni ta’ prodotti li huma direttament importati minn dawn il-pajjiżi msemmija. Dan ifisser li l-ebda prodott immanifatturat f’dawn il-pajjiżi u li jiġi mportat minn pajjiżi diġa’ msieħba fl-Unjoni Ewropea ma hu ser ikun affettwat bl-introduzzjoni ta’ din l-iskema ta’ kwota f’pajjiżna.

Il-prodotti li ser ikunu jistgħu jiġu mportati bi kwota għall-perjodu ta’ 8 xhur huma:

Tessuti (Textiles)

Żraben (footwear HS/CN codes ex 6402 99, 640351, 640359, ex 65403 91,ex 640399,ex 640411,6404 19 10.

Prodotti taċ-ċeramika u porċellana (Tablewear, kitchenware of porcelain or china) HS /CN 6911 10

Prodotti taċ-ċeramika u affarijiet oħra tad-dar (other household articles and toilet articles other than of porcelain or china)HS/CN 6912 00

Sabiex l-introduzzjoni ta’ din il-proċedura tkun tista’ tiġi mmaniġjata bl-inqas mod li taffettwa negattivament lill-imporaturi Maltin u Għawdxin, qed issir sejħa biex importaturi li jimpuratw jew fi ħsiebhom jimportaw dawn il-prodotti jkunu jistgħu jimlew formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota li jinġabru sa l-aħħar ta’ Diċembru 2003.

Għal dan il-għan ser issir laqgħa nhar l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru 2003 fis-2.00p.m. fis-Sala tal-METCO għal rappreżentanti tal-korpi kostitwiti li jirrapprezentaw l-importaturi bħal ma huma l-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta’ l-Industrja u l-GRTU. Għaqdiet oħra li nafu dwarhom u naħsbu li jistgħu ikollhom il-membri tagħhom affetwati ser ikunu wkoll mistiedna.

Għaldaqstant id-Dipartiment tal-Kummerċ jew kif magħruf aħjar mill-importaturi d-Dipartiment tat-Trade, ħejjaformolali għandha timtela’minn dawk li jridu japplikaw għall-kwota. L-istess Dipartiment ser ikun ukoll qed iħejji laqgħa biex jispjega l-proċedura użata mill-Unjoni Ewropea għall-ħruġ tal-Kwota ta’ l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti.

Din il-miżura mhux mistenni li tnaqqas l-għażla tal-konsumatur u lanqas taffettwa l-prezz ta’ dawn il-prodotti fis-suq tagħna u dan għaliex din l-iskema ser tkun biss għall-perjodu ta’ 8 xhur u tolqot biss lil min jimporta direttament minn dawn il-pajjiżimsemmija.

Kull importazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea m’hijiex ser tkun affetwata.

Din is-sistema ta’ kwota ta’ importazzjoni fuq dawn il-prodotti qed tittieħed biex l-Unjoni Ewropea tipprotegi l-industrija tagħha oħra għal raġunijiet politiċi. F’dan l-isfond, tajjeb li wieħed isemmi li huwa maħsub li ser jitkomplew it-taħdidiet li l-Unjoni Ewropea tagħmel mal-WTO biex ikun diskuss kif is-suq globalizzat jista’ jkun aktar ħieles minn dawn l-iskemi li b’xi mod jew ieħor ixekklu s-suq ħieles. Kemm-il darba jintlaħaq il-ftehim mixtieq fil-laqgħat tat-WTO kif huwa maħsub li jsir, allura dawn l-iskemi għandhom jitneħħew.

Skond ftehim li għandha l-Unjoni Ewropea, il-kwota fuq it-tessuti ser titneħħa mill-1 ta’ Jannar tas-sena 2005.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassalo qal li “Minkejja dan, sakemm dawn il-miżuri huma meħtieġa, ser naraw li l-proċeduri li jintużaw ikunu mill-anqas burokratiċi u li joħolqu l-inqas xkiel fl-amministrazzjoni tan-negozju minn dawk li jistgħu ikunu milquta.

Jiena ċert li d-Dipartiment tat-Trade ser ikun qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex kull importatur interessat ikun infurmat u li kull wieħed ikun mogħti l-għajnuna kollha meħtieġa biex ikollu l-informazzjoni kollha possibbli.

Persważ ukoll li fil-kas ta’ pajjiżna, dawn il-miżuri mhux ser jinħassu mill-konsumatur fis-suq tagħna.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow