Left arrow Mur Lura

IR-RIFORMI FL-EDUKAZZJONI JRIDU JINVOLVU LILL-ISTUDENTI

pr1449
Date Icon 27/11/2003
Il-KunsillStudenti ta’ l-Università (KSU) se jorganizza sensiela ta’ laqgħat dwar ir-riforma fil-Liġi dwar L-Edukazzjoni u r-riforma fis-sistema ta’ Assikurazzjoni ta’ Kwalità.  Għal kull tema se jkun hemm għaxar laqgħat fejn l-istudenti huma kollha mistiedna jipparteċipaw b’mod sħiħ u jagħtu l-fehmiet u l-kontribut taghom dwar it-tibdil li jħossu li hemm bżonn.  Hu mistenni li dwar dawn it-temi jinħolqu żewġ rapporti li jitqassmu b’mod wiesgħa biex il-ħsibijiet ta’ l-istudenti dwar dawn l-oqsma jkunu magħrufa mill-pubbliku u mill-awtoritajiet.
Waqtit-tnedija ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea tkellem dwar is-sehem importanti li għandu l-Kunsill fit-tifsil tal-politika nazzjonali partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oqsma ta’ l-edukazzjoni.  Hu tkellem ukoll dwar il-missjoni tal-KSU li jżid il-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti ta’ l-Università fl-attivitajiet ta’ l-għaqdiet tagħhom, u li permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa jkun vuċi rappreżentattiva u valida ta’ l-istudenti universitarji.
Il-Ministruqal li l-istudenti għandhom ikunu parti ewlenija tal-proċess ta’ diskussjoni biex titwettaq ir-riforma tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni.  Il-Ministru qal li diġà beda proċess ta’ diskussjoni li għandu jinvolvi lill-imsieħba soċjali kollha fosthom l-għalliema, il-ġenituri, l-istudenti, il-unions, u l-industrija.  Hu qal li fil-qasam ta’ l-edukazzjoni terzjarja d-diskussjoni ser tibda mill-għeruq, mill-istudenti stess li għandhom ħafna x’joffru.  Il-Ministru qal li fost affarijiet oħra l-liġi l-ġdida trid tirrifletti r-realtajiet u bżonnijiet ġodda li qed jiffaċċja pajjiżna illum.  Waħda mill-isfidi li awtoritajiet u edukaturi se jiffaċċjaw hi li jridu jagħtu kont tal-kwalità tat-tagħlim li jsir f’kull saff ta’ l-edukazzjoni, mill-kindergarten sa l-Università.  Din mhix sfida li nistgħu ngħażlu nidħlux jew le għaliha.  Hija opportunità li tagħmel ġid kbir għall-edukazzjoni u tkattar is-sodisfazzjon ta’ dawk li juru l-ħila tagħhom f’dan il-qasam.
Il-MinistruLouis Galea temm jemfasizza li l-futur ta’ pajjiżna jiddependi minn kemm jirnexxielna li nipproduċu ħaddiema ta’ kull tip ta’ l-ogħla kwalità għax dan hu l-aqwa inċentiv biex nattiraw l-investiment li jkattar il-prosperità u l-impjiegi.
Il-KSUpreżentaw il-Ministru b’kopja ta’ “International Students Working in Malta: A Possibility”, rapport li sar dan l-aħħar mill-KSU permezz tal-Kummissjonijiet tal-Politika Soċjali u Internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow