Left arrow Go Back

IL-FRANĊIŻ : VANTAĠĠ BŻONNJUŻ GĦAL MALTA

pr1447
Date Icon 27/11/2003
“Is-sistemaedukattiva jeħtieġ issaħħaħ u tkabbar il-vantaġġ komparattiv li diġa’ jgawdu dawk il-Maltin li jitkellmu tlitt lingwi barranin minbarra l-ilsien nazzjonali Malti. Għall-Maltin mhux biżżejjed li jkollhom ħakma tal-Malti u ta’ l-Ingliż. Ikun ukoll żball jekk nistrieħu fuq il-fatt li l-Ingliż qed isir dejjem aktar lingwa li jużaha kulħadd. Ir-relazzjonijiet u l-ekonomija ta’ Malta għandhom bżonn Maltin li jitkellmu kemm jista’ jkun lingwi ta’ popli li magħhom għandna relazzjonijiet kummerċjali tajbin u li jeħtieġ inkabbru. Dan hu vitali biex tissaħħaħ il- kompetittivita’ ta’ pajjiżna.”
Hekksostna il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea meta dalgħodu ħa sehem f’attivita’ taċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-lingwa Franċiża.  Iċ-ċentru, jipprovdi diversi riżorsi għall-għalliema, l-istudenti u dawk kollha li huma interessati fil-lingwa Franċiża, u mindu fetaħ aktar minn 8000 ruħ użaw dan iċ-ċentru kull sena.  Iċ-ċentru jaħdem mill-qrib ma’ l-ambaxxata Franċiża u ma’ l-Alliance Francaise.
Bħalissaiċ-Ċentru qed iwettaq proġett kulturali li fih l-istudenti jgħixu esperjenza intensa f-ambjent simulanti Franciż – il-‘French Immersion Project’ li kien inawgurat fl-2001, is-Sena Ewrpoea tal-Lingwi.  Il-proġett hu wieħed prattiku fejn studenti minn skejjel sekondarji huma l-protagonisti ewlenin u fejn jinqatgħu għal ftit żmien minn pajjiżhom u ‘jsiefru’ virtwalment lejn Franza fejn jidħlu fil-kultura u l-lingwa Franċiża u permess tagħha jitgħallmu aktar.
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea u l-ambaxxatur ta’ Franza l-E.T. Patrick Chrismant attendew sessjoni minn dan il-programm fejn 26 studenta mill-iskola Kan P. Pullicino tar-Rabat kienu qed jagħmlu sessjoni prattika fil-kċina l-ġdida. F’Malta hawn aktar minn 13,000 student/a li qed jieħdu dan is-suġġett u aktar minn 120 għalliem tal-Franċiż.
Il-MinistruGalea qal li l-Ministeru tiegħu dan l-aħħar nieda inizjattiva ġdida li għandha twassal biex is-suġġetti kollha mgħallma fl-Iskejjel jitpoġġew taħt il-lenti. Diġa bdew diskussjonijiet preliminari ma l-imsieħba ewlenin f’kull suġġett. Dak li joħroġ minn dawn id-diskussjonijiet għandu jwassal biex eventwalment issir Konferenza Nazzjonali fejn il-metodoloġija, l-assessjar, ir-riżultati, il-kwalita’ tat-tagħlim u r-riżorsi li għandhom bżonn l-għalliema jiġu diskussi.

L-Onor. Louis Galea qal li l-ewwel suġġett li kien diskuss kien it-tagħlim ta’ l-Ingliż, u li kif sar fl-Ingliż, irid isir għas-suġġetti l-oħrjan kollha inkluż il-Franċiż.  Tkellem wkoll dwar l-importanza tal-Franċiż f’kuntest lokali, reġjonali u globali.  Hu qal li l-Franċiż jibqa` l-aktar suġġett magħżul wara l-Malti u l-Ingliż.  Il-poplu Malti għandhu vantaġġ komparattiv meta mqabbel ma pajjiżi oħra minħabba l-għarfien ta’ l-Ingliż u jista` jkabbar dan il-vantaġġ permezz ta’ użu aħjar tal-Franċiż minbarra lingwi oħra.  Il-Ministru tenna li pajjiżna għandu bżonn ikollu bażi tajba ta’ persuni li għandhom għarfien tajjeb tal-Lingwi ewlenin ta’ l-UE jekk irridu nipparteċipaw f’kull qasam tal-UE.  Madankollu irridu wkoll ikollna numru ta’ persuni li jitgħallmu lingwi oħrajn li huma anqas mitkellma, kemm Ewropej kif ukoll mir-reġjun Ewro-Mediterranju, bħall-Għarbi, biex inkunu nistgħu nikkomunikaw u naħdmu mal-pajjiżi ġirien tagħna. 

Il-Ministru faħħar lis-Sur Frank Gatt, Uffiċjal Edukattiv tal-Franċiż, għad-dedikazzjoni u l-impenn tiegħu favur il-lingwa Franċiża.  Hu qal li qed jittieħdu diversi inizjattivi importanti fis-suġġett tal-Franċiż fosthom l-użu ta’ kotba ġodda, metodu ta’ tagħlim ġdid għall-istudenti tal-Form 3 u proġett pilota għat-tagħlim tal-lingwa fl-iskejjel sekondarji ġenerali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow