Left arrow Mur Lura

HATRIET GODDA FIL-KORP TAL-PULIZIJA

pr1443
Date Icon 26/11/2003
“Illum il-pajjizi kollhatad-dinja huma iffaccjati bil-fenomenu ta’ kriminalita` dejjem iktar organizzata u kumplessa bi gruppi ta’ kriminali sofistikati li jahdmu fuq skala internazzjonali.  Il-kriminalita` organizzata mhux xi haga gdida, izda fl-ahhar snin, il-kriminali qed dejjem izjed jiehdu vantagg ta’ l-avvanzi tat-teknologija bhall-internet, il-globalizazzjoni. Dan zgur ser igib sfidi godda ghall-Pulizija li jehtieg li kontinwament jibqghu aggornati permezz ta’ tahrig kontinwu u access ghall-ahhar teknologija.”
Dan qalu l-Ministrutal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg meta kien qed jipprezenta  l-ittri tal-hatra ta` Ufficjali tal-Pulizija.
“Id-dhul ta’ Malta fl-UnjoniEwropea ser igib mieghu hafna beneficcji ta’ koperazzjoni bejn il-forzi ta’ l-ordni tal-pajjizi msiehba permezz ta’ organizzazzjonijiet bhal ‘Europol’ u ‘Eurojust’,  li twaqqfu biex ikabbru l-koperazzjoni kontra l-kriminalita organizzata.  Jekk ikun hemm koperazzjoni bejn il-forzi ta’ l-ordni ta’ numru ta’ pajjizi differenti, kollha bi skop wiehed, ir-rizultati jistghu jkunu tajbin hafna.”
Il-Ministru zied jghid li“il-glieda kontra l-kriminalita` mhux il-glieda tal-pulizija biss, l-anqas m’hi l-glieda tal-gvern. Il-glieda kontra l-kriminalita` hija l-glieda tal-media u ta’ kull cittadin ta’ Malta. Flimkien irridu nahdmu biex nghelbu lill-kriminali li qed dejjem juzaw metodi godda. It-teknologija ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni m’hiex biss xi haga li jistghu juzawha l-kriminali. Il-Pulizija wkoll qeghda u trid tkompli tinvesti biex tkun attrezzata b’ghodod godda biex jikkumbattu l-kriminalita`, kemm b’rizorsi umani kif ukoll b’teknologija gdida.”
“U huwa hawnhekk, illi c-cittadinijridu jaghtu s-sehem taghhom biex izommu kuntatt mal-pulizija u jghinu fit-trazzin ta’ kriminalita`. Dan l-ahhar gie mniedi s-servizz “police-online”,  li permezz tieghu kull cittadin jista` jghin lill-pulizija fil-glieda kontra l-kriminali. Sistemi bhal dawn thaddmu b’success f’ghadd ta’ pajjizi fejn kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-reati.”
L-Onor. Tonio Borgikkonkluda billi qal li “Illum ghandi l-pjacir naghti l-ittra tal-hatra lill-ghadd ta’ ufficjali tal-Pulizija, li m’ghandix dubju li ser jghinu biex issahhu id il-pulizija fil-glieda kontra l-kriminalita`. Perswaz li kollha huma ufficcjali integri u dedikati li ghandhom ghan wiehed, dak li jaghmlu lil dan il-pajjiz post iktar sigur ghall-gid tal-komunita kollha. L-appell tieghi lilkom illum huwa biex tkunu dejjem integri fix-xoghol fdat lilkom. Intom tridu tkunu ta’ ezempju ghall-membri l-ohra tal-Korp. Nawguralkom minn qalbi kull success fil-kariga l-gdida taghkom.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow