Xogħol ta’ tindif u landscaping f’ Ta’ Qali fl-okkażżjoni tal-Clean Up the World
pr1442
25/11/2003
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, permezz tal-unit P.A.R.K. (Parks, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja), ħa sehem attiv fil-kampanja Clean Up the World ta’ din is-sena. |
| B’kuntrast | għal dak li kien jigri fis-snin li għaddew, il-Gvern ħa inizjattiva differenti għal kampanja Clean Up the World ta’ din is-sena. Fis-snin li għaddew il-Gvern kien dejjem jagħżel sit u l-entitajiet, gruppi volontarji, għaqdiet privati u kull min kien juri interess kienu jkunu mistiedna biex jaħdmu fis-sit magħżul mill-Gvern. |
| Din | is-sena l-Gvern għazel siti u żoni oħra u x-xogħol fihom sar mill-ħaddiema tiegħu stess, bl-għajnuna ta’ entitajiet oħra bħalma huma l-Armata u d-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għażel sit f’Ta’ Qali li hu ta’ importanza anke mill-aspett rurali, u minbarra xogħol ta’ tindif, sar ukoll landscaping li għandu jiżgura t-tisbiħ tal-post. |
| Il-Gvern | hu konxju mill-problema eżistenti ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali, f’certi żoni partikulari f’Malta u għalhekk għas-sena d-dieħla qed titlesta kampanja kontra r-rimi ta’ skart illegali. Il-Gvern għandu l-ħsieb li jinstalla CCTV’s f’żoni rurali li fihom hu magħruf li jsir rimi ta’ skart u dan għandu jwassal biex min jikser il-liġi jinqabad u jkunu jistgħu jittieħdu passi kontrih. |
| Il-Ministeru | jirringrazzja lill-unit P.A.R.K. kif ukoll individwi u entitajiet oħra bħal ma huma l-Armata, d-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, skejjel u organizzazzjonijiet privati tas-sehem tagħhom biex inaddfu diversi siti. L-ambjent hu r-responsabbilita’ ta’ kulħadd u minkejja li l-Gvern se jibqa’ jagħmel il-parti tiegħu, irid ikun hawn ukoll aktar għarfien u sehem akbar mill-poplu fil-ħarsien tal-ambjent tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en