Left arrow Go Back

Xogħol ta’ tindif u landscaping f’ Ta’ Qali fl-okkażżjoni tal-Clean Up the World

pr1442
Date Icon 25/11/2003
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, permezz tal-unit P.A.R.K. (Parks, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja), ħa sehem attiv fil-kampanja Clean Up the World ta’ din is-sena.
B’kuntrastgħal dak li kien jigri fis-snin li għaddew, il-Gvern ħa inizjattiva differenti għal kampanja Clean Up the World ta’ din is-sena. Fis-snin li għaddew il-Gvern kien dejjem jagħżel sit u l-entitajiet, gruppi volontarji, għaqdiet privati u kull min kien juri interess kienu jkunu mistiedna biex jaħdmu fis-sit magħżul mill-Gvern.
Dinis-sena l-Gvern għazel siti u żoni oħra u x-xogħol fihom sar mill-ħaddiema tiegħu stess, bl-għajnuna ta’ entitajiet oħra bħalma huma l-Armata u d-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għażel sit f’Ta’ Qali li hu ta’ importanza anke mill-aspett rurali, u minbarra xogħol ta’ tindif, sar ukoll landscaping li għandu jiżgura t-tisbiħ tal-post.
Il-Gvernhu konxju mill-problema eżistenti ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali, f’certi żoni partikulari f’Malta u għalhekk għas-sena d-dieħla qed titlesta kampanja kontra r-rimi ta’ skart illegali.  Il-Gvern għandu l-ħsieb li jinstalla CCTV’s f’żoni rurali li fihom hu magħruf li jsir rimi ta’ skart u dan għandu jwassal biex min jikser il-liġi jinqabad u jkunu jistgħu jittieħdu passi kontrih.
Il-Ministerujirringrazzja lill-unit P.A.R.K. kif ukoll individwi u entitajiet oħra bħal ma huma l-Armata, d-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, skejjel u organizzazzjonijiet privati tas-sehem tagħhom biex inaddfu diversi siti.  L-ambjent hu r-responsabbilita’ ta’ kulħadd u minkejja li l-Gvern se jibqa’ jagħmel il-parti tiegħu, irid ikun hawn ukoll aktar għarfien u sehem akbar mill-poplu fil-ħarsien tal-ambjent  tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow