Left arrow Mur Lura

Clean Up the World - Int tagħmel id-differenza !

pr1440
Date Icon 25/11/2003
Bħalaparti mill-Jum dedikat għal Clean Up the World 2003, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor.  Ninu Zammit dalgħodu żar diversi attivitajiet u inizjattivi ta’ tindif, li kienu qed jitwettqu matul il-Jum, minn diversi Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, u entitajiet kummerċjali.
Waqt waħdaminn dawn iż-żjarat fil-Belt Valletta, il-Ministru Ninu Zammit qal li t-tema magħżula għal din is-sena kienet “Int tagħmel id-differenza”. L-iskop wara dan it-titlu hu sabiex f’din il-kampanja ikun hemm is-sehem attiv tal-komunita’ kollha, bħal Kunsilli Lokali, Skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji, scouts, u entitajiet kummerċjali privati. L-għan ewlieni wara din il-kampanja hu li tinħoloq kuxjenza ikbar fost il-Maltin, sabiex nibżgħu kemm jista’ jkun għall-ambjent ta’ madwarna.
Ninu Zammit qal li bħas-sninimgħoddija, il-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali kienet waħda essenzjali minħabba l-fatt li ħadd daqs l-istess Kunsilli ma jaf x’inhuma l-ħtiġiet essenzjali fil-lokalitajiet speċifiċi.
Il-Ministru għar-Riżorsi ul-Infrastruttura qal li għall-attivita’ ta’ din is-sena, ipparteċipaw ‘l fuq minn 45 Kunsill Lokali, nklużi wkoll xi Kunsilli f’Għawdex.  L-attivitajiet ta’ kull Kunsill ivarjaw minn tindif ta’ toroq sa tindif ta’ widien. Għal din is-sena kien hemm ukoll parteċipazzjoni nkoraġġanti mill-iskejjel, fejn diversi studenti flimkien ma’ l-għalliema taghhom ħadu inizjattivi ta’ tindif fiż-żona ta’ madwar l-iskola.
Minbarra dawn l-inizjattivimatul il-ġurnata tal-lum għaddejja attivita’ ta’ tindif estensiv mill-ħaddiema tad-dipartiment tat-tindif, li qed jagħmlu ħidma speċifika fit-toroq arterjali fin-naħa ta’ fuq  ta’ Malta.
Il-MinistruNinu Zammit ħa l-opportunita’ li jsemmi wkoll il-bidu tal-kampanja nazzjonali ghas-separazzjoni ta’ l-iskart, fejn issa n-numru ta’ Bring-In-Sites ġew estiżi b’sitta u t-total jammonta għal erbgħa u għoxrin.
Waħdamill-Bring In Sites il-ġodda appuntu tpoġġiet fil-Belt Kapitali hdejn Sant’Iermu. Preżenti wkoll għal din il-Konferenza Stampa kien hemm is-Sindku tal-Belt Valletta, Dr. Paul Borg Olivier, li rringrazzja lill-WasteServ Malta Ltd. talli nkludiet il-Belt Kapitali fost il-lista ta’ postijiet ġodda fejn tpoġġew iktar Bring-In-Sites.
Il-MinistruNinu Zammit flimkien mas-Sindku tal-Belt Valletta ħeġġew lir-residenti beltin sabiex jużaw dawn il-Bring In-Sites, fejn fihom jinġabru separatament il-Ħġieġ, il-Karta, l-Plastik u l-Metal. Huma saħqu wkoll dwar l-importanza li biswiet din il-Bring In Site ma’ jkunx depożitat skart ieħor.
NinuZammit fakkar li sabiex il-Gvern jimplimenta l-istrateġija ta’ l-Immaniġjar ta’ l-Iskart jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-pubbliku. Jekk kulħadd jagħti sehmu, m’hemmx dubju li pajjiżna jinżamm nadif u jkollu sistema moderna u avvanzata ta’ kif niddisponu mill-iskart kollu ġġenerat f’pajjiżna.
Fitmiem l-intervent tiegħu il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura awgura kull suċċess għall-Kampanja Clean Up the World lil dawk il-Kunsilli li kienu għadhom ser jorganizzaw l-attivita’ tagħhom iktar tard matul il-ġurnata u rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu sabiex il-Clean Up the World ta’ din is-sena, tirnexxi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow