Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jiltaqa` mal-Ħaddiem tas-Sena

pr1438
Date Icon 24/11/2003
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea iltaqa’ mas-SurGeorge Borg, Surmast ta’ l-iSkola Speċjali San Miguel f’Pembroke. Il-Ministru feraħ lis-Sur Borg għar-rikonoxximent li ingħata nhar is-Sibt li għadda, fejn kien nominat u magħżul bħala Ħaddiem tas-Sena.
Louis Galea qal li s-Sur Borg hu wieħed minn numrukbir ta’ għalliema u kapijiet ta’ skejjel li jwettqu xogħolhom b’dedikazzjoni u b’impenn kbir favur l-istudenti. Hu tenna li s-Sur Borg hu wkoll wieħed mill-ħafna persuni li jaħdmu bla heda favur il-persuni b’diżabilita’ partikolarment ma’ dawk l-istudenti li għandhom diżabilitajiet severi u li b’hekk għandhom bżonn ħafna għajnuna.
Il-Ministru Galea qal li s-Sur Borg wettaq diversibidliet importanti fl-iskola li fiha jaħdem u għamel ħafna aktar milli kien mistenni minnu (beyond the call of duty) biex l-iSkola San Miguel tkun skola mill-aktar dinamika. Il-Ministru qal li x-xogħol mal-persuni b’diżabilita’ jeħtieġ vokazzjoni qawwija u mhux xogħol għal min hu lest biss, jimxi bil-‘job description’.
Il-Ministru qal li hu jixtieq jifraħ lil kull minkien nominat. partikolarment lil dawk li jaħdmu fid-Dipartimenti kollha li jaqghu taht ir-responsabilita’ (Dekasteru) tiegħu. Hu qal li jieħu gost ħafna jara li hemm numru ta’ persuni li mhux biss jaħdmu b’dedikazzjoni, imma huma apprezzati ħafna minn dawk li jaħdmu magħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow