Left arrow Go Back

“Il Gvern impenjat li jgħin sabiex kulħadd ikun konformi ma’ l-istandards”

pr1437
Date Icon 24/11/2003
“Hemmbżonn li ninkoraġixxu lil kulħadd li jibda jemmen fil-vantaġġi li tkun imsieħeb f’assoċjazzjoni li tkun tista’ tiddefendi aħjar l-interessi tas-settur speċifiku li fih wieħed ikun qed jinnegozja, kemm fuq livell lokali kif ukoll dak Ewropew.” Dan kien il-messaġġ li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo wassal lil uħud mill-manifatturi u mportaturi ta’ l-inġenji tal-baħar għall-użu rikrejattiv, waqt laqgħa li saret apposta ghalihom, organizzata mis-Segretarjat Parlamentari.
Warali uffiċjal għoli mill-Awtorita’ Maltija dwar l-istandards spjega d-dettalji tal-ligi, ħareġ ċar illi r-referenza għall-istandards Ewropej (MSA EN) mill-manifatturi Maltin għandu jkun l-aħjar u l-irħas mezz biex ngħollu l-livell tas-sigurezza ta’ l-inġenji tal-baħar u b’hekk tinħoloq ‘level playing-field’ għal kulħadd f’dan is-settur.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo spjega fid-dettal il-vantaġġi kollha li kulħadd jingħaqad f’assoċjazzjoni, u stqarr li l-Gvern hu mpenjat bis-sħiħ li jgħin lil kull min qiegħed fil-qasam tal-manifattura jew importazzjoni ta’ dawn l-inġenji tal-baħar.  Li tkun f’Assoċjazzjoni ma jfissirx li kulħadd irid jibda jipproduċi l-istess prodott.  L-anqas ma jfisser li Assoċjazzjoni tkun qiegħda hemm biex tindaħal f’xi tip ta’ stabbilizzar ta’ prezzijiet, jew indħil ieħor.  Assoċjazzjoni li tagħraf taħdem, tkun kapaċi tnaqqas spejjes żejda, tiddefendi hi, f’isem l-imsieħba f’kull problema li tista’ tinqala’ minn żmien għal żmien, kif ukoll tieħu ħsieb li tissupplixxi informazzjoni utli li tkun tista’ tgħin lill-imprendituri jkomplu jkabbru n-negozju tagħhom.
Ħareġbiċ-ċar ukoll illi skond ċertu klassifikazzjoni ta’ l-istess inġenji tal-baħar, il-manifattur lokali qed jiġi bżonn is-servizz ta’ korp notifikat – notified body.  Dawn il-korpi notifikati għandhom joperaw skond l-Avviz Legali 136 ta’ l-2003, ippubblikat aktar kmieni din is-sena.  Ħadd ma jista’ jopera bħala tali jekk ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan mill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards.  Sal-lum, korpi notifikati Maltin għad m’għandniex, minħabba li dan hu settur ġdid għal kollox, iżda, l-Awtorita’ qed tirċievi talbiet minn korpi notifikati oħra Ewropej sabiex dawn ikunu jistgħu joperaw minn Malta permezz ta’ uffiċċju u nies kompetenti Maltin, u dan it-tip ta’ arrangament, l-Awtorita’ qed tħeġġeġ biex issir.
“Liżżomm konformi ma’ l-istandards stabbiliti m’għandiex titqies bħala xkiel għall-manifattur lokali, anzi għall-kuntrarju għandna nħarsu lejn ir-regoli ta’ l-istandards bħala għodda siewja sabiex inkomplu nkabbru n-negozju tagħna, u nkunu aktar kompetittivi” kompla  jgħid is-Segretarju Parlamentari.
“Bħalagħajnuna teknika diretta lill-operaturi ekonomiċi f’dan is-settur, l-Awtorita’ Maltija dwar l-istandards ser tkun qeda ssegwi mill-qrib il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-korpi notifikati, billi dawn ta’ l-aħħar ser ikunu mitluba jinfurmaw lill-istess Awtorita’ b’kull ċertifikazzjoni li jkunu ħarġu.  Dan jassigura li kulħadd ikun qed jimxi mar-regolamenti, mingħajr spejjes u ntrigu żejjed.  Hemm bżonn li kulħadd isir konxju u jaċċetta l-fatt li l-prodotti manifatturati kollha jridu jibdew iġorru magħhom id-dokumentazzjoni meħtieġa u l-pjanċa bl-ittri CE.
Mill-1ta’ Mejju 2004 ’l quddiem, l-ebda nġenji tal-baħar m’hu ser ikunu jistgħu jiġu rreġistrati għand l-Awtorita’ Marittima Maltija jekk ma jkollomx din id-dokumentazzjoni meħtieġa.”
“F’dinil-laqgħa ta’ llum qed inħossni sodisfatt li nara li hemm min lest jisma’, jitkellem, jaqsam ma’ sħabu idejat u b’hekk inkunu qed nitgħallmu mingħand xulxin. Inwegħdkom li ser ninpenja ruħi li nżomm kuntatt magħkom fuq bażi regolari sabiex inkompli noffri l-għajnuna tiegħi, “ temm jgħid l-Onor. Edwin Vassallo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow