Left arrow Go Back

TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET

pr1436
Date Icon 24/11/2003

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq javża li ser joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif li gejjin dwar il-Budget.

Il-Budget fuq l-internet

Malli l-lejla, il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi jispiċċa d-diskors tiegħu fil-Parlament, fuq il-website tad-DOI www.doi.gov.mt ser jiġu ppubblikati t-test sħiħ tad-Diskors tal-Budget, bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll l-Economic Survey. Barra minnhekk, ser jiġu mxandra audio u video recordings tal-Konferenza Stampa dwar il-Budget li ser jagħti l-Prim Ministru l-lejla.

Pubblikazzjonijiet dwar il-Budget

Kopji stampati tad-Diskors tal-Budget bil-Malti u bl-Ingliż (Lm1), l-Estimi Finanzjarji (Lm2), u l-Economic Survey (Lm2), ser ikunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misrah Kastilja, Valletta u mill-ħwienet awtorizzati minn għada t-Tlieta. Min jixtieq jordna kopji ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet, jista’ jibgħat cheque indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, u jirċevihom bil-posta. 

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 153 jew jibgħat e.mail lil info@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow