DISKORS MILL-PRESIDENT TAL-KUMITAT TA’ L-GHAZLA TAL-PREMJU HADDIEM TAS-SENA - 2003
pr1434
24/11/2003
| Eċċellenza | President tar-Repubblika Onorevoli Prim Ministru, Viċi Prim Ministru Mistednin Distinti Sinjuri: |
| Fl-isem | il-President tal-Kumitat tal-Għażla tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2003, nixtieq naqsam magħkom x’kienu dawk il-prinċipji li mexxew li Kumitat sabiex jagħżel ir-rebbieħ ta’ din is-sena. |
| Matul | dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kumitat iltaqa diversi drabi biex jeżamina n-nominazzjonijiet li waslulu. Tajjeb ngħidu li ġew mitfugħa wieħed u għoxrin nominazzjoni li minnhom ġew aċċettati sbatax, minħabba li tnejn waslu tard, filwaqt li tnejn oħra kienu nominazzjonijiet ta’ persuni li llum ħallewna. Wieħed minn dawn, huwa persuna li miet ftit tal-ġimgħat ilu fuq il-lant tax-xogħol. |
| F’dan | is-sens, b’turija ta’ unur u rispett lejn dawk il-ħaddiema kollha li matul din is-sena tilfu ħajjithom traġikament waqt xogħlhom, il-Kumitat jistedinkom biex nosservaw ftit mumenti ta’ silenzju f’ġieħ dawn il-ħaddiema…... |
| Il-Kumitat | dejjem mexa fuq il-prinċipju li persuni nominati jridu jkunu ħaddiema li jispiraw lil ħaddieħor fuq xogħlhom. Barra min dan, il-kumitat jemmen li huwa d-dover ta’ kull ħaddiem illi jagħti sehmu kollu sabiex jagħmel xogħolu tajjeb u kif mixtieq jew mistenni. Matul id-diskussjonijiet tiegħu, il-Bord imur lil hinn min hekk. Infittxu dik ix-xi ħaġa speċjali li l-ħaddiem ikun għamel, infittxu l-krejattivita’ u l-kapaċita’ li jiġi trasformat il-post tax-xogħol minn wieħed ordinarju, għal post tax-xogħol li jkun aktar produttiv u effiċjenti. Biex dan isir, ħafna drabi ikun hemm bżonn ta’ bidla fil-kultura, ħaġa li naħsbu li hija diffiċli għal kull ħaddiem. |
| Huwa | f’dan il-kuntest li r-rebbieħ irid jintgħażel. |
| Bħala | kumitat nixtiequ nħeġġu lis-Settur Privat sabiex jipparteċipa aktar f’dan il-Premju. Minn sbatax-il nominazzjoni li ġew kunsidrati, erbatax kienu minn Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi. Naħsbu li l-parteċipazzjoni ta’ aktar ħaddiema minn azjendi u intrapriżi privati huwa mportanti speċjalment meta wieħed iqis il-kontribut qawwi li s-settur privat għandu fl-ekonomija ta’ pajjiżna. |
| Kif | rajtu, in-nominati ġew minn setturi differenti. Mill-qasam soċjali, dak edukattiv u dak tas-saħħa, mis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-manifattura u s-servizzi. Bla dubju ta’ xejn, in-nominati kollha huma ħaddiema bieżlin u dedikati f’xogħolhom. |
| Il-Kumitat | kien impressjonat bil-mod ta’ kif kien hemm min mar lil hinn minn dak li hu mistenni minnu u wera li x-xogħol huwa vokazzjoni li trid tittieħed b’serjeta’ u impenn liema bħalu. Daqstant, il-Kumitat kien sodisfatt li dawn il-ħaddiema kollha kemm huma jiġbdu l-ammirazzjoni tal-kollegi tagħhom u ta’ dawk il-klijenti li jaħdmu għalihom. |
| Ir-rebbieħ | hija persuna li għamlet differenza kbira fil-mod ta’ kif ix-xogħol isir, kif wkoll tal-mod kif is-soċjeta’ tħares lejn dan il-post tax-xogħol. Din il-persuna rnexxielha tibni sens ta’ solidarjeta’ fost il-ħaddiema tant li llum il-ġurnata dawk li jaħdmu f’dan il-post għandhom sens ta’ entużjażmu u huma kburija li jaħdmu f’dan il-post, anki jekk it-tip ta’ xogħol huwa wieħed diffiċli u mpenjattiv. Il-Kumitat iħoss li f’dan is-sens saret bidla qawwija fil-kultura tax-xogħol, bidla tant mistħoqqa u mistennija. Huwa f’dan is-sens li l-Kumitat għaraf li din it-trasformazzjoni saret bis-saħħa ta’ dan il-ħaddiem… |
| Ir-rebbieħ | tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2003 huwa s-Sur George Borg, Kap tal-Iskola San Miguel. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en