ID-DIVIZJONI TAS-SAHHA TIDDIZASSOCJA RUHHA MINN KUMMENTI LI SARU WAQT PRESENTAZZJONI TA’ AMBULANZI GODDA
pr1430
21/11/2003
| Illum saret il-preżentazzjoni ta’ erba ambulanzi ġodda fl-isptar San | Luqa. Waħda minnhom inxtrat minn fondi li għaddew lid-Diviżjoni tas-Saħħa b’riżultat ta’ kuntratt iffirmat fit-30 ta’ April 2002, bejn l-Occupational Health and Safety Authority u l-Maria Bugeja Cancer Support Foundation. |
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiddiżassoċja ruħha minn | kummenti li Maria Bugeja personalment, għoġobha tagħmel waqt din il-preżentazzjoni. Maria Bugeja ippruvat tieħu vantagg mill-okkażjoni biex tirribatti kritika li saret fil-passat lejn il-Fondazzjoni. |
| L-attività tal-lum bl-ebda mod m’għandha, la | titqies u l-anqas tinftiehem, bħala konferma jew ċaħda ta’ l-allegazzjonijiet dwar il-Fondazzjoni li saru fil-passat, kif ippruvat timplika Maria Bugeja. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en