STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN
pr1426
21/11/2003
| Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jirreferi | ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet moghtija mill-Onor. Gavin Gulia, kelliem ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Gustizzja. |
| Ic-cifri wiehed jista jilghab bihom kif irid, izda l-verità | turi mod iehor. Ic-cifri li ta l-Onorevoli Gulia hija statistika ta’ kull reat, mill-icken sa l-ikbar, rapportat lill-Pulizija, jigifieri hold-up jidher bhala reat daqs kemm tidher bhala reat serqa ta’ Lm5. |
| Din l-amministrazzjoni razznet ir-rata | tal-kriminalità. Razznet ir-rata ghax bejn l-1996 u 1998 kien hemm spluzjoni fir-rata ta’ kriminalità li zdiedet b’35% fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista u 33% fit-tieni sena. |
| Tajjeb li wiehed ifakkar li tul l-amministrazzjoni | mmexxija mill-Partit Laburista, bejn l-1996 u l-1998, li minnha kien jifforma parti l-Onorevoli Gavin Gulia, ir-rata tal-kriminalità kienet tiela waqt li l-Gvern kien qed inaqqas l-investiment. Kulhadd jiftakar meta l-pulizija kienu jintbghatu d-dar biex ‘igawdu l-familja’, meta l-verità kienet li kienet qed issir l-ekonomija a skapitu tas-sigurtà fil-pajjiz. |
| Ic-cirfi juru car li r-reati serji naqsu mill-1998 | sal-lum. Il-hold-ups naqsu b’40% waqt li jekk naraw kemm kazi ta’ hold-ups gew solvuti l-istatistika turi li fl-1998 29% kien gew solvuti, tul dawn l-ahhar snin ir-rata kienet ta’ 40%. Kien hemm ukoll tnaqqis sostanzjali fis-serq ta’ vetturi. |
| Zdied konsiderevolment in-numru ta’ mobile | phones li jinsterqu, minn 152 fl-1998 ghal 1754 fis-sena 2002. Issa din iz-zieda ta’ 1602 serqa ta’ mobile phone hija mizjuda fic-cifri li l-Onorevoli Gavin Gulia qassam lill-media. Il-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni, ghal skopijiet tieghu, interpreta din iz-zieda ta’ serq ta’ mobile phones, li jammonta ghal 20% tas-serq kollu irrapurtat u li jikkostitwixxi parti sew mid-differenza fiz-zieda tac-cifri ta’ serq f’dawn l-ahhar snin, bhala zieda allarmanti fir-rata ta’ kriminalità ! |
| Il-Gvern prezenti qed jiggieled il-kriminalità | bil-provi, permezz ta’ reklutagg regolari ta’ pulizija, tahrig, investiment f’apparat u b’servizzi ta’ informazzjoni ta’ teknologija ta’ l-informatika. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en