Siġar għall-Iskejjel
pr1422
21/11/2003
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni attenda attivita’ organizzata mill-iSchool Arbor Committee fejn rapprezentanti minn diversi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti ingħataw żrieragħ u xtieli ta’ siġar indiġeni, biex jiġu miżrugħa u mkabbra fl-iskejjel u eventwalment jitpoġġew fil-kampanja Maltija.
| Ta’ | kull sena diversi skejjel jieħdu sehem f’din l-inizjattiva u t-tfal jikkonkorru b’mod attiv. It-tfal jaddottaw siġra u flimkien jieħdu ħsiebha u jkabbruha, fil-ġurnata ddedikata għas-siġar dawn is-siġar jinħawwlu fil-kampanja bħala parti minn programm ta’ afforestazzjoni. |
| Waqt | l-attivita’ r-rappreżentanti ngħataw informazzjoni dwar iż-żrieragħ u s-siġar li kienu mogħtija, il-metodu ta’ kif għandhom jiżirgħu u jkabbruhom kif ukoll x’ikun l-aħjar ambjent biex dawn is-siġar ikomplu jikbru. |
| Il-Ministru | Galea tkellem dwar l-importanza li dawn l-attivitajiet ma jkunux affarijiet iżolati, iżda jkunu parti minn edukazzjoni kontinwa u sħiha. Il-Ministru qal li l-Kurrikulu li jixbaħ ħafna żerriegħa li llum saret siġra żgħira u għad trid tikber ħafna aktar, irid jibqa’ l-punt tar-riferenza ta’ l-għalliema. Hu qal li l-kurrikulu jitkellem dwar il-bżonn li l-edukazzjoni tkun sħiha fis-sens li dak li jitgħallmu t-tfal irid ikun rilevanti u jrid jagħmel sens għalihom. |
| Il-Ministru | qal li jekk l-iskejjel jieħdu din l-attivita’ (it-tkabbir tas-siġar) bis-serjeta’ jistgħu jgħallmu ħafna affarijiet lill-istudenti. M’hemmx mod aħjar kif tgħallem ix-xjenza u l-bioloġija, l-environmental studies u l-PSE, u suġġetti oħrajn milli tuża attivitajiet prattiċi u torbot magħhom it-tagħlim u t-teorija. |
| Il-Ministru | irringrazzja lil dawk kollha preżenti u dawk kollha li huma nvoluti f’din l-inizjattiva u awgura li l-parti l-kbira tas-siġar jilħu l-maturita’ tagħhom fil-kampanja tagħna u ma jispiċċawx vittmi tal-vandaliżmu jew it-traskuraġni ta’ xi whud. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en