Left arrow Go Back

Siġar għall-Iskejjel

pr1422
Date Icon 21/11/2003

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni attenda attivita’ organizzata mill-iSchool Arbor Committee fejn rapprezentanti minn diversi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti ingħataw żrieragħ u xtieli ta’ siġar indiġeni, biex jiġu miżrugħa u mkabbra fl-iskejjel u eventwalment jitpoġġew fil-kampanja Maltija. 

Ta’kull sena diversi skejjel jieħdu sehem f’din l-inizjattiva u t-tfal jikkonkorru b’mod attiv.  It-tfal jaddottaw siġra u flimkien jieħdu ħsiebha u jkabbruha, fil-ġurnata ddedikata għas-siġar dawn is-siġar jinħawwlu fil-kampanja bħala parti minn programm ta’ afforestazzjoni.
Waqtl-attivita’ r-rappreżentanti ngħataw informazzjoni dwar iż-żrieragħ u s-siġar li kienu mogħtija, il-metodu ta’ kif għandhom jiżirgħu u jkabbruhom kif ukoll x’ikun l-aħjar ambjent biex dawn is-siġar ikomplu jikbru.
Il-MinistruGalea tkellem dwar l-importanza li dawn l-attivitajiet ma jkunux affarijiet iżolati, iżda jkunu parti minn edukazzjoni kontinwa u sħiha.  Il-Ministru qal li l-Kurrikulu li jixbaħ ħafna żerriegħa li llum saret siġra żgħira u għad trid tikber ħafna aktar, irid jibqa’ l-punt tar-riferenza ta’ l-għalliema. Hu qal li l-kurrikulu jitkellem dwar il-bżonn li l-edukazzjoni tkun sħiha fis-sens li dak li jitgħallmu t-tfal irid ikun rilevanti u jrid jagħmel sens għalihom.
Il-Ministruqal li jekk l-iskejjel jieħdu din l-attivita’ (it-tkabbir tas-siġar) bis-serjeta’ jistgħu jgħallmu ħafna affarijiet lill-istudenti.  M’hemmx mod aħjar kif tgħallem ix-xjenza u l-bioloġija, l-environmental studies u l-PSE, u suġġetti oħrajn milli tuża attivitajiet prattiċi u torbot magħhom it-tagħlim u t-teorija.
Il-Ministruirringrazzja lil dawk kollha preżenti u dawk kollha li huma nvoluti f’din l-inizjattiva u awgura li l-parti l-kbira tas-siġar jilħu l-maturita’ tagħhom fil-kampanja tagħna u ma jispiċċawx vittmi tal-vandaliżmu jew it-traskuraġni ta’ xi whud.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow