Left arrow Mur Lura

SNIN TA’ ĦIDMA FEJJIEDA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA

pr1421
Date Icon 21/11/2003
Wieħedma’ jistax jifhem il-pożizzjoni tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa l-Onor. Michael Farrugia, rigward is-servizzi tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex, meta kemm kull barrani li jżurna, kif ukoll l-istħarriġ kontinwu tal-fehma pubblika, juru biċ-ċar li s-sistema tas-saħħa f’Malta hi fost l-aqwa fid-dinja.
F’inqas minn ġimgħa,minn wara li d-Direttur Reġjonali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Dr Marc Danzon ikkonferma li s-servizzi tas-saħħa f’Malta bħala fost l-aqwa fl-Ewropa, Dr Michael Farrugia ipprova jpingi stampa negattiva għal dan il-qasam, billi allega li f’dawn l-aħħar sittax-il sena, il-gvern prezenti m’għamel xejn biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa.  Dan kollu minkejja appelli ripetuti da parti tal-Ministeru biex is-saħħa ma tiġix politiċiżżata.
Esponenti oħra barranin ta’spiss ifahhru l-livell għoli ta’ kura li għandna f’pajjiżna, li fil-fatt ġie kklassifikat fil-ħames post minn fost 191 pajjiż, mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Hawn tajjeb li wieħedifakkar li fil-qasam tas-saħħa dan il-gvern ma jħammarlu wiċċu ħadd, għaliex dejjem stinka biex lill-poplu Malti jagħtih l-aqwa livell ta’ kura possibli.  Xiehda ta’ dan hija l-ħidma kontinwa ta’ l-aħħar snin li matulhom kien hemm żieda qawwija fin-neqfa fil-qasam tas-saħħa.
Minndan kollu gawda bil-kbir il-poplu Malti, għaliex fost l-oħrajn, sar investiment kapitali f’bini ta’ sptar ġdid, sar xiri ta’ apparat mediku sofistikat u twettaq program ta’ moderniżżar fl-isptarijiet kollha.  Ġew introdotti ukoll numru ta’ servizzi ġodda għall-kura ta’ mard tal-qalb, il-kura ta’ l-għajnejn, il-kura tat-tfal, il-kura tal-kanċer, fir-Radjoloġija u diversi kliniċi speċjaliżżati.
Dankollu wassal biex mijiet ta’ pazjenti li kienu jintbagħtu barra għall-kura qed jircievu t-trattament neċessarju f’Malta u minn professjonisti Maltin.
Matuldawn l-aħħar snin il-Gvern ħaseb ukoll biex jagħti taħriġ professjonali lil numru kbir ta’ infermiera u paramediċi filwaqt li nvesta bil-kbir fl-informatika.  Dan kollu ma jfisser xejn għall-Onor. Dr. Michael Farrugia.
Dinil-ħidma ma’ saritx b’kumbinazzjoni iżda twettqet bil-koperazzjoni ta’ l-impjegati kollha fil-qasam tas-Saħħa, mill-kbir saż-żgħir taħt id-direzzjoni tad-Diviżjoni u l-Ministeru tas-Saħħa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow