Stqarrija kongunta bejn il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni u l-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investimenti
pr1414
20/11/2003
| Minhabba li jidher li hawn diversi kumpaniji privati li jixtiequ joperaw | is-servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Ghawdex, il-Gvern, konformi mal-politika tieghu ta’ liberalizzazzjoni, iddecieda li jiftah l-operat ta’ dan is-servizz lil kull min jixtieq joperah b’konformita’ mar-rekwiziti ta’ l-avjazzjoni fl-Unjoni Ewropea, specifici ghal dan il-qasam, maghrufa bhala JAR-OPS 3. |
| Ghal dan il-ghan, fil-granet li gejjin, id-Dipartiment | ta’ l-Avjazzjoni Civili ser jippubblika avviz lokali u internazzjonali biex dawk il-kumpaniji li jixtiequ joperaw is-servizz bl-ajru bejn iz-zewg gzejjer ikunu jistghu jirregistraw l-interess taghhom biex tkun tista’ issir l-evalwazzjoni necessarja. |
| Bhalissa dan is-servizz qieghed jigi operat biss | mill-kumpannija sussidjarja ta’ l-Air Malta, il-Malta Air Charter, li s’issa akkumulat telf ta’ kwazi Lm1.4 milljuni fuq dan is-servizz. |
| Minhabba tibdil impost mir-rekwiziti msemmija kif | ukoll investimenti u spejjez rikorrenti godda li l-kumpanija tkun mehtiega li taghmel, biex tkun tista tkompli topera dan is-servizz, huwa mistenni li kieku l-Air Malta tibqa topera dan is-servizz tibda tirregistra telf ta’ madwar Lm1.5 miljun fis-sena. |
| Kawza principali ghal dan huwa l-fatt li l-Air Malta | m’hijiex kumpanija primarjament immirata lejn l-operat ta’ dawn it-tip ta’ servizzi u ghaldaqstant ma tkunx tista’ tgawdi minn dak li huwa msejjah bhala ‘economies of scale’ fuq dan l-operat. |
| Ta’ min ifakkar ukoll illi fl-ahhar sena | finanzjarja li ghalqet f’Lulju 2003, huwa stmat li l-Air Malta Group tilfet kwazi Lm 16 miljun; telf li pogga lill-kumpanija f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja. Kien ghalhekk li l-Bord il-gdid ta’ l-Air Malta qieghed jahdem bis-shih biex jiffoka l-hidma tal-kumpannija fuq dawk l-oqsma li huma meqjusa bhala ‘core business’ taghha biex tkun kompettitiva f’suq dejjem aktar globalizzat. Huwa f’dan il-kuntest li l-Air Malta trid tikkonsidra jekk ghandiex tikkompeti ghal xoghol fuq is-servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Ghawdex. |
| Sadanittant, id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili fi hdan | il-Ministeru ghat-Trasport u Kommunikazzjoni laqa’ it-talba tal-Malta Air Charter sabiex din tibqa’ topera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex sal-31 ta’ Ottubru 2004. Dan qieghed isir biex ikun hemm bizzejjed zmien biex kull operatur li jixtieq jibda jopera dan is-servizz ikun jista’ jaghmel l-arrangamenti teknici u operattivi kollha necessarji. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en